Tuesday 24 ta' December 2024

Merħba fis-sit elettroniku

tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

It-Torri Xutu f'Wied iż-Żurrieq


It-Torri Xutu f'Wied iż-Żurrieq

It-torrijiet madwar il-kosta Maltija huma storiċi u teżori artistiċi, li nbnew fis-seklu sbatax mill-Kavallieri sabiex jiffortifikaw l-gżejjer u jservu ta' għassa.

Dawn it-torrijiet kienu attentat tajjeb sabiex il-kosta kollha Maltija tkun iffortifikata għal invazzjoni jew attakk mill-pirati Torok.

Torri tax-Sciutu jew Torri ta' Xutu, huwa torri kostali f'Wied iż-Żurrieq. Torri ieħor mis-sensiela ta' torrijiet madwar il-kosta li nbnew fl-1637 mill-Gran Mastru Jean Paul Lascaris.

Dan it-torri huwa kwadru u huwa akbar fild-daqs mit-torrijiet l-oħra li kienu mibnija f'dak iż-żmien. Filfatt għandu ħitan aktar ħoxnin u il-bażi tiegħu hija kkoroborata iġifieri il-ħitan tal-parti t'isfel huma mmejla biex ikomplu jinfurzaw l-istess torri.

It-torri jikkonsisti f'żewġ sulari, it-tnejn li huma għandhom soqfa bil-pannelli “vaulted ceiling”, u bejt ċatt b'apramorta li fiha 2 fetħiet fejn setgħu jitpoġġew żewġ kanuni. It-torri fih zewġ entraturi fis-sular t'isfel, pero l-uniku mezz biex titla fit-tieni sular huwa permezz ta' sellum, intant taraġ fil-ħxuna tal-ħajt jagħti aċċess mit-tieni sular għall-bejt.

Fl-1792 it-torri kien armat b' kanun kappaci jisparra balla ta 250 gramma f’piz, “half pounder cannon”.

It-Torri Xutu f'Wied iż-Żurrieq