Monday 23 ta' December 2024

Merħba fis-sit elettroniku

tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

Il-Motto tal-Qrendi

TYRIUM DIRUTAS SERVO MOLES

Huma nterpretaw it-tifsira tal-motto “Tyrium Dirutas Servo Moles” bħala “Inħares il-Bini tal-Feniċi”.

“Conserve the Buildings of the Phoenicians - Inhares il-Bini tal-Fenici”.

Fil-fehma ta’ ħafna storiċi dan il-motto ingħata minħabba il-“bini Feniċju” li hemm fl-inħawi tal-Qrendi.

Jista’ jkun li dawn l-istoriċi kienu qed jirreferu għal binjiet tat-Tempji ta’ Ħaġar Qim u tal-Imnajdra li f’dak iż-żmien kienu jgħidu li kienu ta’ oriġini Feniċja u mhux ta’ zmien Neolitiku.

Imma din l-interpretazzjoni bl-ebda mod ma tipprova li xi darba kien hemm il-Feniċji fil-Qrendi, minkejja li xi nofs kilometru ‘l bogħod mill-Imnajdra, f’Qasam il-Ħofra, instabu għadd ta’ oqbra fil-blat ta’ żmien il-Feniċi.

L-Arma tal-Qrendi

Qrendi Coat Of Arms

Għall-għadd ta’ snin kien hemm kontroversja dwar kif kellha tkun l-arma tar-raħal tal-Qrendi. L-arma tal-Qrendi fl-antik stilla tal-fidda b’ ħames ponot fuq kaxxa kaħla li taħtha kellha sfond nofsu abjad u nofsu aħmar. Jista’ jkun li fil-bidu nett l-istilla kienet b’sitt ponot u mhux b’ħamsa. Imma jidher ukoll li l-iktar popolari kienet dik ta’ ħames ponot u għalhekk ħafna drabi nsibuha fuq il-pilastri tat-tiżjin tat-toroq taż-żewġ festi li għandna r-raħal.

Meta fl-1993 għadda mill-Parlament l-Att dwar il-Kunsilli Lokali, ir-raħal tal-Qrendi kien ippreżentat b’arma differenti minn dik tas-soltu. L-arma l-ġdida kienet tikkonsisti minn stilla tal-fidda b’ħames ponot fuq sfond ikħal. Tneħħa dak l-isfond abjad u aħmar li kien fl-arma ta’ qabel.

Dwar din il-bidla mhux mistennija kien hemm diversi diskussjonijiet mad-dipartiment li taħtu kienu jaqgħu l-Kunsilli Lokali. Fl-aħħar id-dipartiment offra għażla bejn tliet verżjonijiet tal-arma lill-Kunsill tal-Qrendi. Din kienet li tiżdied faxxa madwar l-arma jew bil-kulur tad-deheb, jew tal-fidda jew inkella tal-bronż. Ir-raġuni li ġabu għala ma setax jinżamm l-isfond abjad u aħmar li kien hemm qabel kienet li dan kien privileġġ riservat biss għal dawk l-ilbliet qodma li kienu ngħataw l-isem “Citta” (bħal Citta Pinto, jew Citta Floriana).

Il-Kunsill Lokali tal-Qrendi li ma kellux triq oħra, għażel li l-arma tkun mdawwra b’faxx tad-deheb. B’hekk inħolqot it-tielet verżjoni tal-arma tal-Qrendi f’medda ta’ żmien tant qasir.

Qrendi Coat Of Arms Local Council Logo



L-innu Tal-Qrendi
Versi: Paul Zammit
Muzika: Mro. Nazzareno Mifsud


Ismek kburi sbejjeh Qrendi ghaziz taghna
Lilek naghtu sliem minn qalbna ta’ kull hin
Nisek jihbru fl-ghadd u l-qawwa tant setaghna
Jibqa’ jidwi b’ghaxqa lehnek wisq hanin


O kbir Alla kun int dejjem f’ghaqda naghna
Zommna f’rabta shiha t’ahwa hekk henjin