Friday 26 ta' April 2024

Merħba fis-sit elettroniku

tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

Il-Maqluba u Maqluba l-Bahar



Biswit il kappella ta' San Mattew, li tinsab fit triq li taghti ghal Wied iz Zurrieq, wiehed ghandu jsib sit interessanti u pjuttost uniku ghal dan il villagg tal Qrendi. F'dan is sit wiehed isib hofra kbira fl art li qisha barriera. Meta wiehed ihares lejn din il hofra, li giet iffurmata b'mod naturali, u hi mimlija b'sigar u b'pjanti Maltin, jibqa' impressjonat. Din hi santwarju salvagg ghas sigar tal harrub, fejn is Sigra Nazzjonali ta' Malta, bl isem ta' Gharghar (Sandarac Gum), tikber f'dan il post b'mod salvagg. Dan hu post fejn is sigar ta' Rand jikbru f'armonija mal Qasab, harub u liedna. F'dan il post jikbru wkoll is sigar tar Rummien b'mod abbundanti.

L isem tal Maqluba huwa l isem moghti lil zewg postijiet ohra li huma simili, li jinsabu mal fruntieri tal Qrendi. Minkejja li dawn huma zewg mili biss 'il boghod minn xulxin, it tnejn li huma ghandhom karatteristici differenti.



Wara l veduti impressjonanti tal Maqluba, hemm leggenda li hi wkoll impressjonanti. Il generazzjonijiet ta' qabilna, dejjem qalu l istorja li fil villagg zghir ta' Hal Lew, kien hemm grupp ta' nies hziena li kienu joqoghdu hemm. Però , Alla kien jibghat il messaggi tieghu f'dan il villagg, permezz ta' mara qaddisa li kienet tghix fil vicinanzi, u li hafna kienu jirreferu ghaliha bhala soru.

Wara hafna zmien fejn in nies injoraw il messaggi li kien qieghed jibaghtilhom Alla, Alla ordna li din l art tisparixxi, hlief din il mara qaddisa. Minhabba f'hekk, l angli qabdu dan "il villagg hazin" u tefghuh fil bahar. Il leggenda tghid li b'dan il mod giet iffurmata l gzira ta' Filfla, li tinsab fil Lbic ta' Malta, hames kilometri biss 'il boghod minn Wied iz Zurrieq.





Arial view of "Il-Maqluba" at San Mattew, Qrendi

Fit 23 ta' Novembru tal 1343, Malta esperjenzat wahda mill aktar maltempati qliel tax xitwa, tempesta jew anke possibilità ta' terremot. Kien proprju f'dan iz zmien li giet iffurmata l Maqluba. Il Maqluba hi conical depression naturali, li giet iffurmata meta sfronda l blat, maghruf bhala doline. Din hi hofra kbira b'hames kilometri wisgha, fejn fiha jingabar l ilma tax xita, li jintuza ghall vegitazzjoni kbira li hemm f'din il hofra. Apparti minn hekk, dan l ilma jigi ppenetrat fil formazzjoni tal blat, u b'hekk jghin fiz zamma tal provvisti tal ilma taht l art.




Maqluba l-bahar or Ghar ix-Xaghra.

Xena ohra spettakolari tinsab mal kosta, tefa' ta' gebla 'l boghod minn Wied iz Zurrieq. Din ghandha l isem ta' Maqluba l Bahar jew Ghar ix Xaghra.

Il formazzjoni maghrufa bhala "In naghla taz ziemel", giet iffurmata minhabba li maz zmien, il blat ittiekel bl ilma bahar. Post li hu mizghud bil flora u fawna Maltija. F'distanza zghira ta' tletin metru, wiehed isib numru kbir ta' gherien u mini taht il bahar, li joffru trankwillità u serenità mhux mittiefsa.