Tuesday 24 ta' December 2024

Merħba fis-sit elettroniku

tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

L-isem Ħaġar Qim ifisser ‘ġebel ta’ qima’, u dan l-isem ingħata lill-ġebel kbir megalitiku li kien ħiereġ minn għolja fl-art. Il-post huwa ċċirkondat mill-misteru u xi kultant qabel kien maħsub li għandu oriġini Feniċi. Is-sit jinsab fuq għolja, mil ‘il barra mir-raħal, faċċata tal-baħar bħallikieku qed jipproteġi r-raħal tal-Qrendi.

Is-Sur J.C. Vance tar-Royal Engineers esplora dan is-sit arkeoloġiku għall-ewwel darba fl-1839. Wara xahrejn, Vance skopra altar tal-ġebel, ċangun dekorat u għadd ta’ statwi tal-ġebel li kienu mibgħuta fil-mużew tal-arkeoloġija fil-Belt għar-restawr u l-preservazzjoni. Vance kompla jistħarreġ, u sab dak li kellu jkun bħala l-fetħa ċentrali tatg-tempju, għadd ta’ statwi tal-mara l-ħoxna, u altar iddekorat b’tinqix fond li kien jirrapreżenta pjanta fuq l-erbgħa naħat tiegħu, b’ċangun ieħor bi spirali.

Fl-1885, Dr. A.A. Caruana mexxa investigazzjoni olterjuri flimkien ma’ Dr. Philip Vassallo tad-dipartiment tax-xogħlijiet li ħarġu b’rapport twil u ippublikaw diversi pjanti elaborati. Fl-1910, membri tal-iskola Brittanika f’Ruma fittxew b’reqqa l-fdalijiet u l-għelieqi tal-madwar li kien fihom fdalijiet tal-iskavi. Dawn il-membri sewwew numru ta’ strutturi bil-ħsara u ġabru biċċiet tal fuhhar, strumenti taż-żnied, ġebel u oġġetti ohra. L-għan ta’ dawn l-investigazzjonijiet kien sabiex ikun stabbilit jekk kienx hemm aktar partijiet imġarrfa fil-viċinanzi. Aktar stħarriġ sar fl-1908 minn Tagliferro, Ashby., Peet u Sir Themistocle Zammit.

Deskrizzjoni tat-tempji ta’ Ħaġar Qim tinsab fil-ktieb “Malta, The Prehistoric Temples, Hagar Qim and Mnajdra” miktub fl-1931 mill-Professur Sir Themistocles Zammit li kien meqjus bħala l-akbar arkeologu Malti.

It-Tempju ta’ Ħaġar Qim jikkonsisti f’serje ta binjiet simili ta’ strutturi oħra megalitiċi Maltin. Il-wesgħa tal-ġenb tinsab quddiem ħajt għoli mirfud, li minnu jgħaddi passaġġ akkumpanjat minn żewġ settijiet ta’ apsedi fondi fuq kull naħa, u li jibqa għaddej f’nofs il-binja.

Dan il-pjan sempliċi kien modifikat. L-apsedi tal-majjistral kienet mibdula b’erbgħa kompartimenti independenti minn xulxin u li setgħu jintlaħqu minn erba’ entraturi separati.

Il-binja evidentament serviet ta’ tempju, post li l-kostruzzjoni tiegħu turi ħila kbira. Periti ħarġu bi pjanti elaborati, u ammont ta’ ħaddiema mmexxija minn bennejja esperti qattgħu blokki kbar u trasportawhom lejn s-sit, wittewhom, għamluhom forma ta’ kaxxa u qegħduhom b’arti kbira. L-eżattezza, li biha dawn il-blokok tal-ġebel ġew imwaqqfa u mwaħħla flimkien, huwa verament tal-meravilja.

Tasal għat-tempju mix-xlokk, u issib fetħa pavimentata bi ċnagan kbar irregolar fil-qies, li jibqgħu sejrin tal-ħajt ta’ barra. Fuq din l-art solida imma irregolari, slalum għadek issib blokki kbar li probabbli kienu jiffurmaw l-ħitan ta’ barra, evidenza ċara tal-arkitettura antika.

Fuq il-lemin tal-fetħa, wieħed isib blokki separati, uħud għadhom wieqfa pero mhux irranġati. Qabel l-entratura prinċipali, instab ċangun kbir madwar 3 metri, bi ħxuna ta’ 0.42m. Fl-1930, meta l-art kienet mnaddfa, instab dan iċ-ċangun. Fuqu nstabet blokka oħra 2.2 m b’0.7 m b’0.6m, li hu evindenti li waqa’ minn xi ħajt fil-viċin. In-nies tal-lokal jsibuha bħala ‘il-qanpiena’, għaliex meta jintlaqat joħroġ ħoss li jdoqq.

Il-partijiet ċentrali huma pavimentati bi blokki lixxi u matul il-ħajt wieħed isib artali żgħar tal-ġebel, dekorati bil-marki tal-għadam. Uħud mill-blokki tilfu l-kulur minħabba nirien. Oġġetti magħmula mill-ġebel li huma esebiti fil-mużew tal-Belt kienu nstabu f’din il-fetħa fl-1839.

The central areas are paved with well-set smooth blocks and, along the walls, are low stone altars, originally decorated with pit marks. Some of these blocks are discolored by the action of fire. Important stone objects, now displayed in the Valletta Museum, were discovered all standing about in this court in 1839.

Meta tgħaddi mill-passaġġ issib parti oħra magħmula minn tliet kolonni kbar fuq kull naħa. Il-fetħa hija kwadra u kienet oriġinarjament akkumpanjata minn żewġ apses fondi, li minnhom fil-preżent baqa’ biss wieħed fil-lvant tal-fetħa, filwaqt li l-ieħor kien meqrud meta l-erba’ kmamar indipendenti, jew kappelli, ġew imfassla.

l-apse tal-lemin tikkonsisti fi 18-il ċangatura vertikali li fuqhom wieħed isib blokki tawwalin tal-ġebel li huma mibnija biex jisporġu ġewwa kif imorru ogħla, sabiex finalment jiffurmaw saqaf bil-ħnejjiet. Huwa ċar li dawn l-apsedi kienu oriġinarjament forma ta' koppla, imma ftit fadal fdalijiet minn din il-parti.

Waħda miċ-ċangaturi li tinsab fuq wara ta' dan il-apsedi hija mtaqqba b’toqba ovali madwar 41ċm ‘il fuq mill-art, probabbilment dan huwa is-sede tal-oraklu. Dawn il-kmamar tal-oraklu jiffurmaw karatteristika prominenti f’dawn is-santwarji megalitiċi Maltin. Huma juru li dawn il-postijiet ta’ qima kienu mibnija bi ħsieb kbir u li r-riti kkumplikati kienu diġa fil-kors tal-ħajja reliġjuża ta' dawn in-nies primittivi.

Qrib dan il-apsedi, wieħed isib it-tieni daħla għal dan il-monument mill-majjistral fit-tmiem ta' passaġġ twil 3.6m, liema passaġġ huwa mwitti u mibni b’ċangaturi. Fuq ix-xellug tal-passaġġ wieħed isib l-entratura għall-parti interessanti, li hija mibnija b’mod elaborat b’ċangatura lixxa. Dawn id-daħliet kienu evidentement, il-parti l-aktar sagra tat-tempju. Fuq kull naħa tal-bieb wieħed isib artal tal-ġebel b’forma partikolari, b’ġebla tawwalija fuq bażi rettangolari solida.

Fuq ix-xellug tal-entratura, ċangaturi tqal jiffurmaw tip ta' niċċa fejn l-ġebla tal-altar qiegħda fuq żewġ pilastri, 0.9m 'l fuq mill-art. Fuq il-lemin, dahla pulita fiha artal magħmul minn blokka waħda tal-ġebel li tilfet il-kulur minħabba xi nirien.

Quddiem il-kompartiment, il-passaġġ jitwessa f'żona bejn wieħed u ieħor kwarangolari b’daħla elaborata fit-tmiem. Ġebla timklokka l-entratura għal din id-daħla f’dan is-sular, filwaqt li blata oħra mserrħa fuq żewġ pilastri, imqegħda fuq nett, tnaqqas il-fetħa għal tieqa iżgħar rettangolari. Lil hinn minn din il-tieqa, inħadmet tip ta’ kabina li probabbli kienet mimlija għadam ta’ annimali sagrifikati u fuħħar miksur. Jidher li meta kienet ssir offerta maħruqa, il-qrun jew partijiet oħra tal-annimal sagrifikati kienu jintefgħu f’lok simili bħala tifkira tas-sagrifiċċju.

Fil-ġnub tal-apsedi li jinsab fil-Punent wieħed isib tliet strutturi dolmeniċi li huma mibnija f’daħliet baxxi, tnejn fil-parti ta’ Nofsinhar u waħda fuq in-naħa tat-tramuntana. Kull wieħed minn dawn l’struturi, jikkonsisti f’ċangun kwadru mpoġġi orizzontali fuq żewġ ġebliet weqfin, li huma madwar 1.5m u 1.8m fl-għoli. Il-ġebel tal-mejda, inqasmu bl-impatt ma’ ġebel li waqa, ġew imsewwija fl-1910, u ssaħħu b’pilastri mibnija għal dan il-għan.

Fit-tarf tal-apsedi li jinsab fin-naħa tal-Punent, fuq in-naħa xellugija wieħed isib erba’ tarġiet li jwasslu għal entratura pavimentata bil-ġnub tagħha wieħed isib issoltu serje ta’ ġebel u eventwalment ġo kamra. Filwaqt li fuq in-naħa tal-lvant jispiċċa f'daqqa waħda f’kurva.

Fin-nofsinhar, quddiem l-entratura prinċipali, il-ħajt jifforma riċess fond mibni fuq niċċa poligonali b’ġebel vertikali. Din id-daħla, li probabbli kienet mgħottija, tintlaħaq minn fetħa forma ta’ tieqa maqtugħa fil-ġebla t-tawwalija.

Għadam ta’ għadd ta’ annimali sagrifikati (ħnieżer u nagħaġ) instabu waqt t-tħaffir ta’ Ħaġar Qim, fatt li juri b'mod ċar li l-annimali għas-sagrifiċċju kienu kontinwament meħtieġa fit-tempju.

Tempju sekondarju

Il-fdalijiet ta’ tempju iżgħar instab madwar 27 metru fit-tramuntana tal-bini prinċipali. Dan il-bini iżgħar saritly ħafna ħsara minħabba l-elementi u kien jikkonsisti f’żewg settijiet ta’ żoni magħluqa paralleli għal xulxin. Oriġinarjament ħajt oħxon kien jdur mal-bini kollu, pero minn dawn baqa’ biss il-pedament.

It-Tempju ta’ Ħaġar Qim jmur lura għal żmien it-Tempju ta’ Ħal Tarxien (c.3200-2500 BC).