Tuesday 24 ta' December 2024

Merħba fis-sit elettroniku

tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

Torri Hamrija - Torri ta’ Rsejjen


It-torrijiet kostali, mibnija fis-seklu sbatax mill-Kavallieri biex jiffortifikaw il-gżira u jservu ta’ għassa, huma teżori artistiċi u storiċi.

Dawn it-torrijiet kienu tentattiv serju biex jiffortifikaw il-kosta minn invażjonijiet u attakki mill-kursara Torok u oħrajn.

Torri Hamrija  -  Torri ta’ Rsejjen

Torri Ħamrija hu torri ieħor mis-sensiela ta’ torrijiet kostali mibnija fl-1659 mill-Gran Mastru De Redin.

Kuntrarju għat-torrijiet mibnija mill-predeċessur il-Gran Mastru Lascaris, l-ebda wieħed mit-torrijiet ta’ De Redin ma kienu ddisinjati biex jieqfu lill-invażuri. L-għan ewlieni tagħhom kien biex jingħata sinjal li ġej l-għadu u allura l-għoli tagħhom kien iktar importanti mid-daqs.

L-għassiesa tat-torrijiet jew tad-Dejma kienu jikkomunikaw bejniethom billi jxejru bandiera ħamra matul il-jum u billi jqabbdu ħuġġieġa matul il-lejl f’każ li kienu jaraw l-għadu riesaq.

It-Torri Ħamrija jinsab bejn it-tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra u jħares lejn il-kosta kollha blat tal-Qrendi.

Torri Hamrija  -  Torri ta’ Rsejjen

Plakka tal-irħam fuq l-entratura tat-torri fl-ewwel sular taqra hekk:

FR. DON MARTINVS DE REDIN MMR
MELATÆ GAVLOS PRINCEPS

POTENS CONSILIO ET OPERE, SVAS CRVCES DVODECIMÆ
HVIC SPEVLÆ CONFIXIT QVÆ HOSTIBVS PERPETVV
TERROREM, SVBDITIS SALVATEM POVICEANTVRAN 1659

It-traduzzjoni ghall-Malti :

Frà. Don Martin de Redin,
Gran Mastru (u) Princep ta' Malta (u) ta' Ghawdex
qawwi fil-kelma u l-ghemil
bena dan it-torri fis'sena 1659
it-tnax-il salib Tieghu,*
biex jipprovdi kenn ghall-poplu**
u bizgha kontinwu ghall-ghadu.

* It-tnax-il stazzjon: Gesu jmut fuq is-salib.

** Lit: Lis-Servilli

Torri Hamrija  -  Torri ta’ Rsejjen