Tuesday 24 ta' December 2024

Merħba fis-sit elettroniku

tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

It-Torri tal-Kavallier


It-Torri tal-Kavallier fil-Qrendi qabel kien id-dar tal-Kaptan tal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm. Huwa l-aktar monument prominenti fil-Qrendi u uniku fil-gżejjer Maltin.

It-torri għandu forma ottagonali b’erba’ ħitan minnhom għandhom ħxuna ta’ 3.7 metri, filwaqt li l-bqija tal-ħitan huma ħoxnin 2.10 metri. Jikkonsisti fi tliet sulari; b’garigor tal-ġebel intern jqabbad il-pjan sotterran mal-ewwel sular. Bieb fl-ewwel sular jieħdok fuq il-bejt ta’ kamra li tinsab biswit it-torri. L-accessibiltà, għall-bqija tas-sulari huwa biss permezz ta’ bokkaport li jintlaħaq permezz ta’ sellum u joffri difiża aħjar għad-difensuri tat-torri.

Torri Kavallier

Tmien gallarijiet jdawru l-parti ta’ fuq tat-torri, erbgħa minnhom huma akbar mill-oħrajn. Huwa mifhum li minn dawn il-gallarijiet, dawk li kienu jħarsu t-torri kienu jitfgħu ġebel kbir u żejt jaħraq fuq l-aggressuri.

Ir-robustezza tal-puntelli, id-disinn, il-ħxuna tal-ħitan, il-forma u s-soqfa forma ta’ arkata, kollha magħmula mill-ġebel flimkien mas-sengħa huma indikazzjoni ċara tal-età.

Huwa mifhum li t-Torri ta’ San Mikiel f’Ostia, iddisnjat fl-1560 u attribwit lil Michelangelo Buon-arroti, mibni minn Nanni di Baccio Biglio bejn l-1567 u l-1570 jista’ jkun li kien ta’ influwenza fuq id-disinn ta’ dan it-torri.

Biswit it-torri, wieħed isib numru ta’ kmamar u maxturi tal-annimali li kienu moda. Mibnija madwar bitħa ċentrali li kienet tipprovdi difiża aħjar u fl-istess waqt kumdità għal dawk li kienu jgħammru fit-torri.

Torri Kavallier

The rear of the cavalier tower showing the external access to the first floor




Torri Kavallier

Disinn iffjurit minqux fil-ġebla, flimkien ma’ numru ta’ fetħiet forma ta’ twieqi, jżejnu l-ħitan ta’ barra ta’ waħda mill-kmamar tal-bitħa. Dan it-tiżjin minqux ma għandu l-ebda użu ħlief ta’ żina.

Żewġ arkati mdaqqsa jagħtu sostenn lis-saqaf fil-maxtura tal-annimali. Żewġ arkati żgħar jagħtu sostenn lil raff li jinsab fil-baxx. Id-daqs tal-maxturi u l-ammont konsiderevoli ta’ ħwat juru l-importanza li t-trobbija tal-annimali kellha fil-komunità.

Sfortunatament ma jeżistu l-ebda rekords tad-data ta’ kostruzzjoni tat-torri.

Torri Kavallier