Monday 23 ta' December 2024

Merħba fis-sit elettroniku

tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

Ir-Razzett Tal-Ars


Fit-triq li mill-Imqabba tiehu ghaz-Zurrieq fil-lokalita maghrufa bhala Tal-Ars, biswit ic-Cimiterju maghruf bl-istess isem, wiehed ghadu jista jara razzett ta' ghamla semplici imma ferm interessanti.



Hames dekorazzjonijiet geometrici kif ukoll dekorazzjoni tul iz-zewg nahat ta' wahda mit-twieqi tar-razzett jaghtu karattru lil din il-binja. Hu mahsub illi dawn is-simboli mnaqqxa fil-blokki tal-gebel fuq hafna mill-hitan gejjin minn zmien is-Saraceni. Dan ifisser li dan ir-razzett huwa ta' origini Gharbija. L-access ghar-razzett, li jinsab fi propjeta privata, qieghed min-naha ta' wara jew min-naha ta' gewwa tar-razzett minhabba li l-bieb li jaghti ghat-triq ilu hafna mbarrat. Dan il-bieb kien jaghti ghal zewg kmamar zghar u maxtura zghira li jaghti wiehed x'jifhem li fih kienu jinzammu l-annimali.







Il-parti ta gewwa tar-Razzett tal-Ars kif jidher minn naha tal-ghelieqi.







Id-disinni fic-crieki imnaqqxa fil-gebla li jzejnu r-Razzett tal-Ars huma mahsub li ilhom minn zmien l-Gharab.