Monday 23 ta' December 2024

Merħba fis-sit elettroniku

tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

Il-Mithna ta' Santa Katerina tat-Torba


Skond il-Prof. J. Galea, meta f'Malta gew il-Kavallieri fl-1530 diga kienu jezistu l-imtiehen. Hekk kiteb il-Kummissarju Jean Quentin li ntbaghat Malta mill-Gran Mastru Villiers de L'Isle Adam biex ihejji rapport dwar il-gzejjer Maltin. Fir-rapport bl-isem ta' 'Insulae Melitae Describtio', Quentin jirreferi ghal 'postmill' fuq mappa li tinsab fih. F'kitba dwar l-Assedju l-Kbir ta' Malta tal-1565, insibu deskrizzjoni ta' zewg imtiehen f'dan l-istess post.



L-Ordni tal-Kavallieri ta' San Gwann ta' Gerusalem giet Malta wara li Rodi kienet waqghet f'idejn it-Torok u l-Kavallieri baqghu fil-gzira sal-1798. Huma gabu maghhom l-organizzazjoni militari li kellhom fil-lvant tal-Mediterran kif ukoll il-hiliet mill-pajjizi avanzati ewropej minn fejn originaw. Dawn il-hiliet intuzaw biex jinbnew swar estensivi u unici biex jipprotegu l-gzira mill-attakki tat-Torok kif ukoll fil-bini tal-imtiehen.

Malta ma kenitx tipproduci bizzejjed qamh biex titma' l-popolazzjoni tal-gzira. Ghalhekk tnediet sistema ghall-kontroll tal-qamh impurtat. Dan kien jinhazen 'l gewwa mis-swar f'fosos tal-qamh imhaffra fil-blat. Fl-istess waqt bdew jinbnew l-imtiehen li spiss jidhru f'incizjonijiet antiki tal-Belt Valletta, il-Furjana u fuq is-swar tan-naha l-ohra tal-Port il-Kbir. L-Ordni kellha l-monopolju tal-bini tal-imtiehen li saru karatteristika tal-irhula Maltin. (B.W.BLOUET)

Jekk wiehed ifittex fl-arkivji tal-Kavallieri ftit li xejn isib informazzjoni dwar l-imtiehen hlief ghaz-zmien lejn l-ahhar tas-seklu sbatax, ghalkemm zgur li kien hemm ghadd ta' mtiehen li kienu nbnew qabel dan il-perijodu. L-ewwel evidenza dokumentata tirreferi direttament ghall-Fondazione Lascaris (1636-1657) li jidher li bniet hames mtiehen, fosthom wahda f'Ghawdex. Il-Fundazzjoni Cotoner (1660-1680) u l-Fundazzjoni Carafa (1680-1690) ghamlu hidma importanti fil-bini ta' ghaxar u sitt imtiehen rispettivament. Il-Fundazzjoni Perellos (1697-1720) u l-Fundazzjoni Manoel (1722-1736) kienu responsabbli ghall-bini ta' zewg imtiehen u ta' sitta ohra f'Malta kif ukoll mithna u tliet imtiehen ohra fil-gzira ta' Ghawdex.

Madankollu, jehtieg li ssir aktar ricerka biex wiehed ikollu istampa aktar cara. Dawk l-imtiehen li fil-maggoranza taghhom kienu tal-Ordni, kienu jinkrew ghal terminu ta' zmien qasir. Fl-1789 Bonaparte, waqt li kien fi triqtu lejn l-Egittu, waqaf Malta u kecca lill-Kavallieri. Il-Francizi hakmu lil-Gzira sal-1800 meta minflokhom gew l-Inglizi li baqghu Malta sa meta hadet l-Indipendenza fl-1964.

Skond registri mizmuma bejn l-1808 u l-1814 jidher li kien ghad hawn sitta u ghoxrin mithna f'Malta u hamsa f'Ghawdex li kienu ghadhom jahdmu. Dawn kienu mikrija matul dan iz-zmien u kull kirja kienet tkun irregistrata.

Meta waqfu jahdmu l-imtiehen? Biex wiehed jaghti twegiba ezatta trid isir iktar ricerka. Imma minn ritratti u kartolini wiehed jifhem illi xi uhud minn dawn l-imtiehen kienu ghadhom jahdmu sal-bidu tas-seklu l-iehor. L-importanza taghhom bdiet tonqos sew meta dahal l-uzu tal-imtiehen li jahdmu bl-istim. Dawn kienu saru komuni madwar il-Port il-Kbir, bdew jaghtu xoghol ahjar u jlahhqu mal-bzonnijiet tal-popolazzjoni li kull ma jmur kienet dejjem qieghda tikber.

Forom differenti ta' Mtiehen

Figura 1

Figura 2

Kwazi l-imtiehen kollha nbnew fuq l-istess pjanta. L-arkitettura taghhom twahhad il- preokkupazzjoni militari tal-Kavallieri mal-uzu efficjenti tar-rih fil-post fejn kienu mibnija.

Fig.1 taghti stampa tajba ta' kif kienet tidher il-mithna minn barra. Binja kwarda mibnija madwar torri jew tromba. It-tromba nnifisha ghandha dijametru ta' tliet metri u gholi ta' hmistax-il metru.

Fig.2 turi il-mithna minn gewwa. Kif wiehed jidhol minn barra jsib ruhu f'intrata mdaqqsa. Fuq naha wahda tal-intrata kien hemm kamra li fiha kien jinzamm il-qamh waqt li faccata taghha kien ikun hemm kamra ohra fejn kien jintrefa d-dqiq.

Wara l-intrata kien hemm l-access ghat-torri u ghal tarag ragg (b'hamsin targa) li jwassal sa l-oghla parti tat-torri. Fil-kamra l-ohra ta' fuq wara u fil-kmamar tal-ewwel sular kienu jghixu t-tahhan u l-familja tieghu. F'xi mtiehen kien hemm ukoll forn fejn seta' jinhema l-hobz. Fuq il-faccata tal-mithna x'aktarx ikun hemm l-arma tal-Gran Mastru tal-perijodu ta' meta nbniet il-mithna kif ukoll nicca b'xi qaddis.

Fit-torri normalment kien ikun hemm zewg bibien faccata ta' xulxin li jaghtu ghal fuq il-bazi tat-torri. Bis-sahha ta' dan, l-antinni kienu jistghu jintlahqu facilment.

Il-mithna kellha sitt antinni. Kull antinna kellha arblu twil tmien metri. Mal-arblu kien hemm tilar jew gwarnic bi gradilja (ara fig.1) Din il-gradilja kienet tinkesa bid-drapp (qlugh) maghmul mill-qoton li kien jitkabbar f'Malta. Is-sitt arbli kienu jkunu ingastati tajjeb fil-krikk madwar fus jew l-antinolli. Il-fus kien jibqa hiereg 'l barra bi tlett metri mill-antinolli. Fit-tarf tal-fus kien hemm cirku tal-hadid u mqabbdin mac-cirku kien ikun hemm sitt gancijiet li kienu jippermettu li l-hbula jew il-buruni jitqabbdu ma' truf l-arbli. Hbula ohra msejjha bonnijiet kienu jizguraw li l-arbli jibqghu posthom u li d-distanza ta' bejn l-arbli ma tvarjax. Biex il-fus ma jiccaqlaqx la naha u l-anqas ohra minhabba r-rih, mac-cirku tal-injam jew l-stringell kien jitwahhal gwarnic mimdud, imsejjah il-fekruna, li kien iwiezen sewwa t-tarf, waqt li erba' hbula jew vitti, marbutin ma' erba' blokki tal-gebel kienu jserrhu fuq is-saqaf tas-sies (ara ritratt numru 3). Biex il-qlugh idur favur ir-rih, is-saqaf kollu jew il-barjol kien jiddawwar min-naha ta' gewwa tat-torri permezz ta' lieva. Il-lieva kienet iddawwar cirku tal-injam. Taht dan ic-cirku kien ikun hemm iehor tal-hadid. Iz-zewg crieki fuq xulxin kienu jduru dawra mejt mal-hitan tondi tat-torri. Ghalkemm dawk il-partijiet li jmissu ma' xulxin kienu jkunu midluka bis-sapun biex jizolqu u jaghmlu x-xoghol iktar facli, hafna drabi kien ikun hemm bzonn ta' zewgt irgiel biex isir ix-xoghol. Is-saqaf kien ta' ghamla semplici tonda li titla' u tinghalaq ghal xejn ghal xejn sakemm tigi ponta.

Dawn il-karatteristici kollha jaghmlu dan it-tip ta' mithna uniku u li jisthoqqlu li jigi protett. Il-makkinarju ta' gewwa kien ta' tip komuni. Kien jinstab fin-naha ta' fuq tat-torri u kien ihaddem zewg moghliet biss.

Fig 2) Lista tal-partijiet tal-mithna :

L-ewwel imtiehen fil-gzejjer Maltin inbnew mill-Kavallieri ta' San Gwann li waslu Malta fl-1530. Kienu jixbhu hafna lil ta' Rodi, b'turretta cilindrika mibnija direttament minn fuq il-wicc tal-blat jew pedament, minghajr ma kellhom ebda spazju fejn setghu jghixu t-tahhan u l-familja tieghu.

Fir-registri storici tas-seklu hmistax u tal-bidu tas-seklu sittax ta' spiss jissemmew l-imtiehen tat-tqiq li kienu jithaddmu biz-zwiemel jew bil-bghula.

Fi zmien ir-renju tal-Granmastru Kottoner (1663-1680), ingab Malta espert minn Majorca fi Spanja biex jaghti pariri dwar kif setghet titjieb l-istruttura tal-imtiehen tar-rih. L-imtiehen ta' Majorca u dawk ta' Malta kienu identici kemm fl-istruttura kif ukoll fil-makkinarju. F'qasir zmien kull rahal Malti kellu l-mithna tieghu.