Fost il-hafna affarijiet interessanti li wiehed jista' jsib fil-Qrendi hemm l-arlogg tax-xemx kwadru b'zewgt ucuh jew faccati. Minbarra dawk li jezistu fil-privat, jinghad li f'Malta hemm hamsa u hamsin minn dawn l-arloggi antiki u monumentali li huma rregistrati ufficjalment.
Minkejja d-daqs pjuttost zghir taghha, Malta hija ghanja fil-wirt kulturali li ghandha. Ewleninin fost il-wirt arkittettoniku kollu jinsab fil-gzejjer Matin, hemm it-Tempji Preistorici li ttellghu madwar 5000 sena qabel Kristu. U fost dawn insibu t-Tempji ta' Hagar Qim u l-Imnajdra (3000-2500 q.K). Dawn jarrapprezentaw il-quccata, jew l-aqwa zmien tac-civilta tat-tempji neolitici.
It-tempu tal-Imnajdra nbena t'tali mod li jimmarka l-bidu ta' kull stagun u dan isir bil-mod kif id-dawl tar-raggi tax-xemx tielgha jolqtu mal-hagar tal-istruttura. It-tempju kien iservi ta' almanakk u jista' jkun li kien jimmarka l-hin ukoll.
Fit-triq li mill-Qrendi taghti ghat-tempji neolitici, f'nofs triq bejn il-Palazz tal-Gwarena u dawn l-istess tempji, hemm razzett antik hafna. Ma' wahda mill-kantunieri tieghu, dik li thares lejn il-Lvant, wiehed jista' jinnota arlogg tax-xemx li fih zewgt ucuh.
Ir-razzett qieghed fl-ghalqa maghrufa bhala "Tal-Pizzikall" li qieghda hekk kif taqsam it-triq quddiem il-Villa Ghajn ix-Xemx. Minn hawn wiehed jista' jara veduti sbieh tar-rahal tal-Qrendi, tal-kampanja u tal-bahar bil-gzira ta' Filfla.
L-arlogg jinsab f'propjeta privata.