Monday 23 ta' December 2024

Merħba fis-sit elettroniku

tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

L-Ajrudrom tal-Qrendi


Ghalkemm l-ajrudrom tal-Qrendi kien ippjanat sa mill-1940, kien biss fl-10 ta' Novembru tal-1942 li kien inawgurat ufficjalment mill-Vici Ammirall Sir Keith Park. Kien ukoll hu li zanznu billi llandja fih bl-ajruplan tieghu "OK2" tat-tip hurricane, u wara ghamel ukoll spezzjoni lill-gwardja tal-unur.

Meta kien ghadu jezisti dan l-ajrudrom wiehed seta' jasal ghalih min-naha tal-gibjun ta' San Niklaw. Hawnhekk kont tasal hdejn ix-xatba principali fejn kien hemm kamra tal-ghassa mibnija bil-gebel tal-franka fuq ix-xellug u faccata taghha kien hemm pillbox tal-konkos li ghadha hemm sal-lum. Meta tidhol iktar 'l gewwa kien hemm il-main guardroom, u biswitha il-binja tal-kantin tan-N.A.F.F.I. li mieghu kellu wkoll il-latrini.



Magenb il-kappella ta' San Niklaw kien hemm is-Sergeants' Mess u fir-razzett kbir li jinsab faccata tal-kappella kien hemm il-mahzen il-kbir (Main Store). Iktar 'l isfel mill-kappella hemm bini qisu torri li kien jintuza ghall-morda, maghruf bhala "Sick Bay". Il-Kcina, jew il-Main Cook House, u l-kwartieri tal-piloti (Airmen's Mess) kienu jistabu hdejn il-kappella tal-Providenza, filwaqt li l-kwartieri tal-ufficjali (Officers' Mess) kienu fl-istess post fejn illum hemm Id-Dar tal-Providenza, Villa Mons. Gonzi u Villa Mons. Dandrija. It-taqsima tat-trasport (Motor Transport Section) kienet fejn illum hemm Villa Papa Giovanni. F'nofs l-ajrudrom hemm razzett kbir li fih dak iz-zmien kien hemm l-iStation Headquarters u magembu l-iStation Armory.




L-ajrudrom kellu zewg "runways", wahda lejn id-direzzjoni tan-Nofsinhar u tal-Punent (East/West), bil-kodici 27/09, u li kienet 1,000 metru twila u 46 metru wiesgha. L-ohra kienet thares lejn it-Tramuntana u lejn il-Lvant (North/South) bil-kodici 13/31, u kellha tul ta' 1080 metru u wisgha ta' 46 metru. It-torri tal-kontroll tal-ajru ta' dan l-ajrudrom kien jinsab fuq ir-runway 27/09. Fit-torri kien hemm telephone exchange u station operations centre bil-facilitajiet ghall-generazzjoni tal-elettriku li kienu jinsabu fi kwartieri protetti taht l-istess bini tat-torri. It-taqsima tat-tifi tan-nar kienet stazzjonata quddiem dan it-torri. Fuq ir-runway 13/31 kien hemm it-tieni torri tal-kontroll.




Dak iz-zmien l-iskwadri bin-numru 185, 229 u 249 li kienu jsuqu l-ajruplani Spitfire kienu stazzjonati l-Qrendi. Kien mistenni li l-ajrplani jinzammu f'kundizzjoni perfetta biex ikunu jistghu jaghtu sapport lit-truppi tal-Allejati li kien hemm fi Sqallija. Kellhom ukoll l-inkarigu li jeskortaw l-ajruplani tal-bumbardament u l-ajruplani tat-trasport, kif ukoll li jekk ikun mehtieg huma stess jattakkaw u jibbumbardjaw, peress li huma taht gwinhajhom kienu kapaci jgorru zewg bombi ta' 100 kilogrammi-il wahda. Dawn l-iskwadri kienu mistennija wkoll li jaghmlu missjonijiet ta' tkixxif fuq Sqallija.




Mat-tmien tat-Tieni Gwerra Dinjia waqfu wkoll l-operazzjonijiet ta' titjir, imma l-ajrudrom tal-Qrendi baqa' jissemma' ghal xi incidenti li graw matul is-snin ta' wara. Nghidu ahna, f'Dicembru tas-sena 1944 kien hemm ajruplan tat-tip York li nizel il-Qrendi ghax ir-runway hasibha dik ta' Hal Far. U ajruplan iehor tat-tip U.S.A.A.F. B.17 nizel il-Qrendi ghax tfixkel l-ajrudrom ma dak ta' Hal Luqa. Fl-1945 kellu jillandja fuq zaqqu Spitfire mill-iskwadra Nr.73, waqt li Firefly tal-iskwadru Nr.812 ukoll ghamel inzul ta' emegenza minhabba hsarat fil-magna, l-istess bhalma gralu l-ajruplan l-iehor, U.S.A.A.F. Douglas C47.




L-operazzjoni militari fl-inhawi baqghu sejrin sal-1956, meta l-Ajrudrom tal-Qrendi ntuza ghall-ahhar bil-kampjiet tas-suldati tar-Regiment tar-Royal Artillery li kienu jistennew biex jimbarkaw ghall-invzjoni ta' Port Said (Operation Musketeer).







Wara l-1956 l-ajrudrom beda jintuza bhala depow ghall-hazna tal-munizzjoni tar-Royal Navy. Il-kwartieri tal-ufficjali (Officers' Mess) beda jintuza bhala ir-Rest Camp tar-Royal Navy, post li fejn l-ufficjali setghu jistriehu bil-kwiet u jekk iridu minn hemm setghu jmorru jiehdu ghawmu fl-ilma kahlani ta' Ghar Lapsi. Imbaghad dan l-istess post kien inghata lill-atoritajiet tal-knijsa biex infethet id-Dar tal-Providenza fil-bidu tas-snin sittin.