Monday 23 ta' December 2024

Merħba fis-sit elettroniku

tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

Il-Post Ta' Difiza Ta' Wied Iz-Zurrieq - (Il-Kamra it-Tonda)





Dan is sit kien gie moghti skont il ftehim li nstabu fil manuskritti tan nutar Alfred Maria Camilleri, li jmur lura ghall ewwel ta' Lulju tas sena 1891. Dan gie moghti bhala self temporanju lil Giovanni Spiteri u ohrajn minghand Mensa Arciveskovili, ghal 149 sena, mill hmistax t'Awwissu tas sena 1891. Skont il manuskritt tan nutar E.P. Debono, id dipartiment tal gwerra ha minghand Spiteri dan id dominju, bi ftehim fis 27 ta' Novembru tas sena 1940. Ix xoghol beda minnufih u kien komplut fi ftit zmien specjalment ghax kien hemm urgenza kbira biex tigi mharsa d difiza ta' Wied iz Zurrieq kontra l possibilita ta' invazjoni. Kien hemm partijiet li saru mad dawra taz zewg targiet li jwasslu ghas sit ta' difiza li jmorru lura ghas sena 1942. Dan juri bic car kemm is sit kien jigi mhares tajjeb dak iz zmien.




Il post ta' difiza ta' Wied iz Zurrieq, kellu l istess kulur tal hajt tas sejjieh, sabiex b'hekk jintegra sew mal kampanja Maltija. Hafna drabi kien ikun hemm sitt suldati u Non Commissioned Officer (Surgent) li jiehdu hsieb il post tad difiza. Ir responsabilita taghhom kienet li jharsu l erba' pozizzjonijiet li kienu mimlijin armamenti `Vickers' u `Bren guns'. Is sorveljanza kontinwa tal kosta kienet tigi attwata minn osservazzjoni minn gol `copula'.

Wahda mill erba' postijiet fejn kienu jitqieghdu fuqha l machine guns.

Il bazi tal `copula' tal osservazzjoni tas sit.

Il-Kamra t-Tonda ta' Wied iz-Zurrieq li turi l kamra ta' taht




"Monkey Bridge", hu pont maghmul minn hbula ta' hadid u planki tal injam, li jghaqqad is sit ta' difiza man naha l ohra ta' Wied iz Zurrieq. Dan sar biex ikun hemm access iktar facli min naha ghall ohra.

Mahzen zghir fejn kien jitpogga Searchlight maghruf bhala "Il-Kamra l-Hamra", li gie mibni taht l-istruttura ezistenti, max-xatt tal-bahar, kien ingarr mill-bahar waqt maltempata li kienet saret lejn l-ahhar tal-hamsinijiet.

Il-Kamra t-Tonda kif tidher illum il gurnata, min naha ta' gewwa tal Wied.

Il Forma ta' Gewwa tal Post ta' Difiza

Il forma ta' gewwa tal `Pillbox' ta' Wied iz Zurrieq, ghandha pozizzjonijiet fejn jistghu joqoghdu erba' `machine guns', u maghhom hemm ukoll post fejn jistghu jpoggu dawk li jkunu qeghdin jisparaw. (Immarkata b'numru 4)

Il pilastru li jservi bhala bazi (immarkat b'numru 2) kien jintuza minn persuna apposta maghrufa bhala "observation gunner", li kien isib pozizzjoni skont it toqob li jkunu jservu bhala "Spy Holes".

Il post immarkat bhala numru 3, kien l ispazju ta' gewwa tal Pillbox, li kien jintuza facilment mill operaturi tal "machine guns" ghall munizzjon taghhom.

Zewg bibien tal metal hoxnin 2.5mm (immarkati b'numru 1), flimkien ma' hames shutters tat twieqi, komplew ziedu mal protezzjoni ta' min kien ikun qieghed fil `Pillbox'.







Il "Kamra t-Tonda" (madwar 1954) kif tidher min nizla tan naha l ohra ta' Wied iz Zurrieq. L installazzjoni tal `Military Pill Box' jew tal `Machine Gun Box' tat Tieni Gwerra Dinjija f'Wied iz Zurrieq, ghadha tezisti.






Il post ta' difiza ta' Wied iz Zurrieq, kellu l istess kulur tal hajt tas sejjieh