Thursday 25 ta' April 2024

Merħba fis-sit elettroniku

tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

Il-Monument tal-Gwerra Fil-Qrendi


Fi zmien meta twaqqaf ghall-ewwel darba l-Kunsill Lokali tal-Qrendi, meta bhala sindku kien hemm Nikol Aquilina, waqt wahda mill-laqghat, kienet ittiehdet id-decizjoni li fir-rahal tal-Qrendi, bhal hafna lokalitajiet ohra, kellu jkun hemm monement li jfakkar il-vittmi tat-tieni gwerra dinjija. Fl-1994 il-Kunsill Lokali Tal-Qrendi hareg sejha ghall-offerti biex jinbena dan il-monument f'post centrali tar-rahal. Is-sejha intrbhet minn Angelo Agius ghas-somma ta' Lm 2350 (€.5695)

Ix-xoghol inbeda minnufih u l-monument tlesta u kien inawgurat fid-19 ta' Settembru tal-1995 mill-President ta' Malta, l-Eccellenza Tieghu Dr. Ugo Mifsud Bonnici, bhala parti mic-elebrazzjonijiet li saru ghal "Jum Il-Qrendi".

Il-Monument Tal-Gwerra huwa ghamlha ta' obelisk li fuq nett ghandu salib. Hemm ukoll l-arma tal-Qrendi li tinsab fuq l-elmu tas-suldati Inglizi li magenbu fuq naha hemm il-bandiera Maltija, u fuq in-naha l-ohra hemm azzarin .303 bil-bjonetta. Lejn in-naha t'isfel tal-monument li hu mgholli fuq tliet targiet, hemm skolpita kuruna tar-rand. Ma kull kantuniera hemm dekorazzjoni tal-gebel tal-balal tal-kanuni li fihom erba' "floodlights" li jdawwlu l-monument.

Fuq il-monument, biex jibqghu mfakkra ghal dejjem, hemm imnaqqxin l-ismijiet ta' dawk li taw sehemhom biex dan seta' jsir kif ukoll l-ismijiet tal-ghaqdiet kollha tal-lokal.

Il-kitba fuq il-Monument tal-Gwerra tghid hekk:

  • L-EWWEL KUNSILL LOKALI
  • IFAKKAR IL-VITTMI QRENDI
  • TAT-TIENI GWERRA
  • F'JUM IL-QRENDI
  • IL-HADD 19 TA FRAR 1995
  • THE FIRST LOCAL COUNCIL
  • COMMEMORATES THE QRENDI
  • VICTIMS OF WORLD WAR 11
  • ON "JUM IL-QRENDI"
  • SUNDAY, 19 FEBRUARY 1995

AQUILINA JOS 38, MAGRO CATHERINE 54, SCIBERRAS CATHERINE 86

AQUIILINA M'ROSE 24, MAGRO FRANCIS 60, SCIBERRAS VINCENT 78

ATTARD JOHN 17, MALLIA FRANCIS 66, SPITERI CARMELA 70

DALLI GREZZJU 52, MIFSUD JANE 60, VELLA GUZEPPI 21

ELLUL ROSE 65, PSAILA JOSEPHINE 70, VELLA GUZI 43