Fl-1955 inghata bidu ghall-bini tal-gibjun tal-Qrendi li huwa maghruf ukoll bhala l-Gibjun ta' San Niklaw. Ix-xghol tlesta tliet snin wara, fl-1958. Jesa' 55,000 metru kubu ta' ilma (247,500 gallun) u ta' kuljum jaghti 20,000 metru kubu (90,000 gallun).
L-ilma tal-gibjun jigi mill-impjant tar-Reverse Osmosis ta' Ghar Lapsi, minn "boreholes" fil-qrib, u mill-ispieri li hemm taht l-art f'Ta' Kandja. Jekk ikun hemm bzonn jista' jiehu wkoll ilma mill-gibjun Ta' Qali.
L-ammont ta' ilma li jidhol fil-gibjun ivarja minn 55% sa 45% li jista' jigi mill-impjant ta' Lapsi jew inkella minn taht l-art mill-ilmijiet tal-pjan.
Il-gibjun tal-Qrendi jisqi l-ilma lill-gibjuni: taz-Zonqor f'Wied il-Ghajn, tan-Nigret fiz-Zurrieq, ta' Schinas f'Hal Luqa u lil Tal-Qattus f'Hal Ghaxaq.
L-irhula li jinsabu fin-Nofsinhar ta' Malta li jiehdu l-ilma mill-gibjun ta' San Niklaw tal-Qrendi huma dawn: Birzebbuga, Bormla, Il-Fgura, Hal Ghaxaq, Il-Gudja, Il-Kalkara, Hal Kirkop, Hal Luqa, Il-Marsa, Wied il-Ghajn, L-Imqabba, Rahal Gdid, Il-Qrendi, Hal Safi, Santa Lucija, L-Isla, Hal Tarxien, Il-Birgu, Ix-xghajra, Haz-Zabbar, Iz-Zejtun u Iz-Zurrieq.