Monday 23 ta' December 2024

Merħba fis-sit elettroniku

tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

Il-Monument ta' Congreve


"Halliena gentlom perfett u suldat qalbieni." Dawn kienu l-kliem fit-titlu tal-gazzetta Daily Malta Chronicle ta' nhar l-Erbgha 2 ta' Marzu 1927. Il-gazzetta kienet qed tirrapporta l-mewt li sehhet jumejn qabel ta' General Sir Walter Norris Congreve V.C., K.C.B., M.V.O., A.D.C. Il-General Congreve ma kienx ilu hafna Malta. Fil-fatt kien wasal hawn fl-1924 u kien ufficjal generali u kap kmandant mit-taqsima tas-"Southern Command".

Minbarra li kien bniedem mahbub mill-poplu Malti, il-General Congreve jibqa' jissemma' ghax kien ghazel li wara mewtu jidfnuh fil-bahar li hemm bejn Malta u Filfla.

L-imhabba kbira li kellu ghall-bahar kompliet zdiedet matul iz-zmien li ghadda Malta. Kellu "cabin cruiser" u kien ihobb johrog ibahhar biha anke fi rjieh qawwija. Kagun t'hekk mhux l-ewwel darba li waqa' l-bahar u dan kien ziedlu l-attakki tal-azma li kien ibati biha. It-tobba kienu rrakkomandawlu l-arja friska u safja tal-bahar u hu kien sikwit izur l-irhula tas-sajjieda. Minhabba f'hekk thabbeb ma' hafna sajjieda u rahhala, anke peress li hu kien bniedem dhuli u jkellem lil kulhadd. Imma, skont ma jghidu, l-ikbar gibda li kellu kienet dik lejn il-gzira ta' Filfla. Kien iqatta' sighat twal ihares lejha minn Wied iz-Zurrieq.

Il-Maltin kienu jsibuh bhala "t'idu ganc" ghax il-General kien tilef driegh fil-15 ta' Dicembru 1899, waqt il-battalja ta' Colenso.




Il-Gvernatur miet fl-isptar militari tal-Imtarfa wara marda twila. Inzerta li kien zmien il-karnival u b'rispett lejh in-nies minn rajhom hassru c-celebrazzjonijiet kollha.

Fil-gazzetta Daily Malta Chronicle tat-2 ta' Marzu 1927, inkiteb dan il-kliem: "peress li l-Eccellenza Tieghu kien jinsisti biex jaqra l-Chronicle kuljum mill-bidu sal-ahhar, dehrilna li kellna nippubblikaw harga specjali ghalih."

Mhux ta' b'xejn li n-nies ta' Malta urew soghba u niket ghall-mewt tal-General Congreve "li kien benefattur, habib ta' veru, li ssibu kulmeta jkollok bzonn."

L-Eccellenza Tieghu Sir Thomas Vans Best, l-agent gvernatur, hareg proklama fejn habbar li l-mewt tieghu sehhet "nhar it-Tnejn, 28 ta' Frar, fil-11.00 ta' bil-lejl, fl-isptar tal-Imtarfa". L-Erbgha, 4 ta' Marzu, kien dikjarat bhala jum ta' luttu nazzjonali u li ghalhekk il-korpi kostitwiti kollha u l-impjegati tas-servizzi civili kellhom josservaw sitt ijiem ta' luttu huma wkoll.

Il-funeral kellu jsir fl-4 ta' Marzu. Il-bnadar kellhom jittajru mezzasta, ma kellhomx jiehdu sehem baned, u kellu jiddendel drapp iswed mal-istardard tal-battaljun tal-infanterija. Thabbar ukoll li d-difna kienet se ssir fil-bahar.

Il-frejgata l-HMS Chrisanthemum li kienet ga fi triqitha lejn Famagusta u Alexandria, inghatatilha l-ordni biex terga tidhol lura Malta minhabba l-funeral. Din kellhu tkun l-unika frejgata prezenti peress li hafna vapuri ohra kienu marru lejn ic-Cina.

L-arrangamenti ufficjali shah tal-funeral kienu ppublikati fil-harga tal-Chronicle tal-Hamis, 3 ta' Marzu, 1927. "Skont ix-xewqa espressa tal-Eccellenza Tieghu, il-gisem tieghu ser ikun midfun fil-bahar, l-element li tant habb matul hajtu u li issa ser ikun il-post tal-mistrieh tieghu".

Kienet ippublikata wkoll "Special Fortress Order" li fiha nhargu d-dettalji tal-hinijiet, tar-rotot,tal-eskorti, tal-veikoli, tal-istakkamenti u tal-mistiedna li kellhom jiehdu sehem fil-funeral.

Wiehed jinnota s-sehem ta' ghadd gmielu ta' Boy Scouts ta' Malta, li llum ghandhom l-Kwartieri Generali taghhom maghruf bhala Cngreve-Bernard Hall fil-Furjana, fl-istess post fejn kien hemm il-Congreve Memorial Hall li kienet distrutta mill-ghadu fl-1942.




Kien ghad baqa' iktar avvizi x'johorgu anke sa dakinhar tal-4 ta' Marzu stess. Ta' min isemmi fosthom dak li avza li t-tifel tal-General Congreve, il-Logotenent A.C.J. Congreve ma kienx ser jattendi ghall-funeral u minfloku ntbaghat il-Kurunell G.N. Salmon bhala r-rappresentant tal-Altezza Rejali d-Duka ta' Connaught.

Avviz iehor li ta' min isemmih ghax jinstema stramb hafna kien jghid li: "il-kap tal-ministeru jixtieq javza li ma jistghux jattendu nisa, hlief dawk tal-familja lighandhom jkunu riekba fil-karrozzi."

Nhar it-3 ta' Marzu l-katavru tal-Gvernatur kien espost fil-Kattidral Anglikan ta' San Pawl, il-belt Valletta, mid-9.00a.m sas-6.00p.m. Il-publiku mar bi hgaru biex jaghtih l-ahhar tislima. It-tebut mghotti bil-bandiera Ingliza tqieghed fin-nofs, u fuqu tqieghdu l-kappell u x-xabla tal-Gvernatur. F'kull kantuniera kien hemm ufficjal tal-armata bl-uniformi, inklinat fuq ix-xabla, filwaqt li mad-dawra kollha kien hemm ghadd kbir ta' kuruni tal-fjuri mibghuta mid-diversi dipartimenti tal-gvern, mill-armata, mill-forzi tal-ajru u tal-bahar, u minn istituzzjonijiet ohra u anke minn persuni individwali.

Dakinhar tal-funeral ghad ta' Maltin telghu l-Belt libsin bil-vistu biex joqghodu matul it-triq mnejn kellu jghaddi il-kortegg.

Mal-hin ezatt beda bdiet hierga l-purcissjoni tal-funeral mid-dahla tal-palazz akkumpanjata minn stakkament ta' pulizija civili rekbin iz-wiemel. Dawk is-suldati tar-regimenti li hadu sehem immarcjaw bl-azzarini taghhom rashom 'l isfel, imbaghad imxew tat-tamburlini, tat-trumbetti u l-banda tar-Regiment tar-Re u l-banda tal-Artillerija Rjali ta' Malta. Matul it-triq il-baned alternaw ma' xulxin biex idoqqu.

Quddiem il-karru li fuqu kien hemm it-tebut mghotti bil-bandiera Ingliza bix-xabla u l-kappell tal-general, mexa ufficjal li kien qed igorr id-dekorazzjonijiet li kiseb il-Gvernatur matul hajtu. Imbaghad imxew id-dinjitarji, u warajhom l-Boy Scouts li garrew kuruni tal-fjuri mit-tliet taqsimiet ta' Malta, u warajhom rapprezentanti tad-diversi dipartimenti tal-gvern civili. Iz-ziemel tal-General instaq minn dak li jiehu hsiebu quddiem zewg karrozzi li fihom kien hemm l-unici membri femminili li hadu sehem fil-funeral. Imbaghad warajhom imxew ghadd ta' rapprezentantil tal-Kurja u ta' entitajiet ohra civili. Wara kien hemm l-eks impjegati tas-servizz Ingliz, rapprezentanti tal-korpi kostitwiti u ghaqdiet socjali u tal-baned u fl-ahhar imxiet il-banda tal-pulizija li daqqiet marci funebri. Il-funeral ha hamsa u erbghin minuta biex ghadda mill-bieb ta' Putirjal, u siegha u ghoxrin minuta biex wasal hdejn il-bini tad-dwana minn x'hin telaq minn quddiem il-palazz.

Mid-dwana t-tebut li kien imqieghed f'kaxxa taz-zingu mahduma apposta fit-tarzna, tpogga fuq dghajsa tal-Ammiraljat. Mieghu telghu wkoll erba' daqqaqa tar-Regiment tar-Re bit-tamburlin, membru tal-kleru u lkoll telghu fuq il-frejgata H.M.S. Chrysanthemum.

It-tebut intlaqa' fuq il-vapur minn skwadra gwardji tal-unur u ttiehed f'postu fuq wara tal-frejgata. Eluf ta' nies kienu qed iharsu u jaraw dan kollu minn inhawi tal-madwar, mill-Barrakka ta' Fuq, minn fuq is-swar fuq iz-zewg nahat tal-port u minn kull fejn sabu post.

Il-Chysanthemum bdiet hierga mill-port f'silenzju taqtghu s'sikkina u hekk kif waslu hdejn il-bokka tal-port inghata salut ta' sbatax-il tir li dewa madwar il-port kollu. Tat-tamburlin daqqew il-"last post" u tat-trumbetti daqqew ir-"Reveille".

Il-frejgata salpat lejn Marsaxlokk b'dghajsa tal-irmonk mghobbija bil-kuruni u fjuri miexja warajha. Minn Marsaxlokk telghu ukoll fuq il-frejgata rapprezentanti tad-diversi taqsimiet tas-servizzi u tal-ministeri tal-Gvern ta' Malta, u regghet salpat 'l barra f'nofsinhar.




Waslu fil-post disinjat ghad-difna ghall-habta tas-siegha u nofs ta' wara nofsinhar. L-ekwipagg kollu tela' fuq il-kverta u l-akkumpanjaturi mxew lejn in-naha ta' wara tal-frejgata.Il-gwardja tal-unur ghollew l-armi, tnehhiet il-bandiera Ingliza, u nhallu l-hbula. Ghan-noti tad-daqq tal-"last post" it-tebut izzerzaq helu helu ghal gol-ilma mcaqqlaq. Dak il-hin inqara r-rit funerarju religjuz u ndaqqet ir-"reveille". Il-hemda kienet miksura bil-hoss tas-sbatax-il tir tas-salut li nghata mill-kanuni tal-frejgata Chrysanthemum.

Imbaghad intefghu l-kuruni u l-fjuri fil-bahar u l-opri regghu lura lejn Marsaxlokk u Kalafrana.Hekk kellu jintemm iz-zmien tat-tmexxija tal-Gvernatur Congreve. Hu habb lil Malta u l-Maltin b'mod spontanju urew ir-respett taghhom lejh.







Sena wara tpogga monument fil-post bi dritt fejn saret id-difna f'nofs il-fliegu bejn l-art u l-gzira ta' Filfla. Il-Momunent ta' Congreve jinsab fix-xaghra bejn it-Tempji Neolitici ta' Hagar Qim u l-Imnajdra fix-xifer tas-sies. Il-fliegu sar maghruf bhala "Congreve Channel". Il-blata taz-zonqor li minnha nhadem il-monument inqatghet mix-xaghra tal-Imnajdra ftit 'l boghod minn fejn jinsab il-monument illum u dan ix-xoghol kien fdat f'idejn Guzeppi Mifsud mill-Qrendi (Tac-Cuna).

Monument semplici tal-qawwi, f'nofs ix-xaghra li jfakkar lill-General Sir Walter Norris Congreve, Gvernatur ta' Malta li miet fl-1927 meta kien ghadu fit-tmexxija tal-gvern.

Fuq il-monument hemm minquxa dawn il-kliem:

  • SACRED TO THE MEMORY
  • OF HIS EXCELLENCY
  • SIR WALTER NORRIS CONGREVE
  • V.C. K.C.B. M.V.O.
  • GOVERNOR OF MALTA
  • BURIED AT SEA ON THE 4th MARCH 1927
  • BETWEEN THIS SPOT AND THE FILFLA ISLAND
  • Sagra l-Memorja
  • tal-Eccellenza tieghu
  • SIR WALTER NORRIS CONGREVE
  • V.C. K.C.B. M.V.O.
  • Gvernatur ta' Malta
  • midfun fil-bahar nhar l-4 ta' Marzu 1927
  • bejn dan il-post u l-gzira ta' Filfla