Monday 23 ta' December 2024

Merħba fis-sit elettroniku

tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

Ic-Cimiterji tal-Qrendi


Ic-Cimiterju tal-Ars

Sas-sena 1952, id-dfin kien isir f'oqbra mwarrba tal-knisja parrokkjali li eventwalment kienu jinksew bic-cangaturi u bil-weraq tar-rand. Meta l-Awtorita tas-Sahha zammet dan id-dfin milli jibqa' jsir, instabu siti alternattivi fil-konfini tar-rahal.

L-ewwel wiehed minn dawn iz-zewg siti ta' dfin jew cimiterji, dak Tal-Ars, kien jircievi lil dawk li mietu b'mard infettiv u li jittiehed, mill-irhula tal-Qrendi u tal-Imqabba, u probabbli miz-Zurrieq, bejn l-1830 u l-1951.

Ic-cimiterju zghir tal-Ars principalment jikkonsisti minn ringiela ta' oqbra mdawwra minn hajt tas-sejjieh gholi, b'salib fuq bazi kwadra u Kennirja li wkoll kienu mmarkati b'salib tal-gebel fuq bazi kwadra. Access isir permezz ta' dahla centrali maghmula mill-gebel, datata 1873, taghti l-post atmosfera ta' paci u qima.



Ic-Cimiterju ta' San Nikola,

Ic-cimiterju l-iehor fil-Qrendi, maghruf lokalment bhala c-Cimiterju ta' San Nikola,' ta approcc aktar "Modern" ghad-dfin, dak ta' oqbra komuni u ta' oqbra privati, approcc li kellu jsir l-aktar popolari fis-snin li gew. Inizjalment, l-oqbra komuni biss kienu mibnija f'ringieli paralleli quddiem knisja zghira ddedikata lil San Nikola, bl-oqbra privati mhaffra fuq wara. Il-knisja z-zghira, nieqsa minn kull zina, b'artal wiehed biss iddedikat lill-Madonna tad-Duluri, iservi biex jilqa' tnejn mill-kleru tal-Qrendi, ir-Rev Patri Nerik Mahoney u Dun Raymond Ellul.

Dun Mattew Magro huwa ukoll mitfun f'dan ic-cimiterju, f'qabar privat.