Kien l-isqof Malti Baldassare Cagliares li fl-1618 iddikjara il-Qrendi bhala parocca. Qabel din id-data n-nies tal-Qrendi flimkien ma' dawk ta' zewgt irhajjel ohra, Hal Manin u Hal lew, kien imorru jattendu s-servizzi religjuzi fil-parrocca taz-Zurrieq.
Fl-1620, DunGammari Camilleri, qataghha li jibni knisja gdida fl-ghola post tal-Qrendi fejn ga kienu jizistu zewg kappelli ohra zghar. It-tempju tlesta 35 sena wara, jigifiieri fl-1655.
Qajla kienu ghadhom ghaddew ftit snin mit-temmija tal-bini tal-knisja meta fl-1677 lahaq kappillan tal-parrocca Dun Dumink Farmosa u dan ried li jwaqqa' l-knisja l-gdida biex flokha jibni wahda isbah u ikbar. Ix-xoghol beda fl-1685 u tlesta sebgha u ghoxrin sena wara, fl-1712.
Il-pjanti tal-knisja l-gdida gew fdati f'idejn il-perit famuz ta' zmienu, Lorenzo Gafa.
Il-koppla u z-zewg kampnari wiehed fuq kull naha jaghtu d-dehra ta' salib lid-disinn tal-knisja.
Il-kursiji u z-zewg sagristiji fil-gnub, bil-kor u l-altar magguri fin-nofs, iservu ta' dirghajn ghas-salib.
Ghalkemm ix-xoghol tal-bini tlesta fl-1712, kien biss seba' snin wara, fit-13 ta' Ottubru 1782, li saret il-konsagrazzjoni tal-knisja mill-isqof Labini.
Tnejn mill-erba' qniepen li hemm fil-kanpnar kienu ga ttellghu hemm fl-1712 u seghu jindaqqu ghall-okkazjoni tat-tlestija tal-knisja. It-tnejn l-ohra tqieghdu hemm, wahda fl-c788 u l-ohra fl-1782, fiz-zmien meta kien hemm Dun Antionio Mizzi bhala kappillan tal-parrocca.
Fl-1882, fuq l-inizjattiva ta' Dun Celestinu Camilleri li kien botanista maghruf hafna fi zmienu, ingabu minn Ruma l-fdalijiet ta' San Celestinu. Dawn tqieghdu permanentement fl-altar li hemm fil-kor wara l-altar maggur, biex jistghu jkunu venerati mill-fidili.
Sal-bidu ta-hamsinijiet l-art tal-knisja kienet maghmula mill-kapitelli tal-oqbra fejn kien ghadu jsir id-dfin tan-nies tal-parrocca skot l-izanza ta' dak iz-zmien. Meta nbena u tlesta c-cimiterju l-gdid l-art inksiet bl-irham li ingab apposta mill-Italja. Din il-bicca xoghol tal-irham hdha f'idejh l-imghallem Taljan Edoardo Lombari u kienet inawgurata fl-1955, fil-festa ta' Corpus Christi. Id-disinn tal-irham kien thazzez mill-imghallem Malti Emanuel Buhagiar.
Wara li tlestiet il-knisja l-gdida kienu hemm bosta artisti u mghallmin lokali maghrufa li taw il-kontiribut taghhom ghat-tisbih tat-tempju.
L-inkwadru tat-titular li jinsab wara l-altar maggur u li jirrapprezenta t-Tlugh fis-Sema ta' Marija, huwa xoghol prezzjuz tal-artist eminenti Malti Guzeppi Cali.Din il-pittura mill-isbah taz-zejt, li fiha 378cm b'196cm, kienet ikkommmissjonati lil Cali meta dan ga kellu madwar is-70 sena. Originarjament kienet saret ghall-knisja tal-Imqabba imma mbaghad kienet inxtrat mill-parruccani Qrendin biex b'hekk komplew ziedu mal-kollezzjoni ta' tezori li kien hemm fil-knisja.
Il-pittura ta' Cali ddendlet flok wahda ohra li kien hemm ta' mghallem Malti iehor, il-maghruf Rokku Buhagiar. Dan kien gie ikkommissjonat biex jaghmel pittura bl-istess suggett ghat-titular tal-ewwel knisja li nbniet. Dan l-nkwadru issa jinsab imdendel fis-sagristija tan-naha tal-lemin.
Fil-knisja hemm ukoll xoghol fin u sabih tal-imghallem Emmanuel Buhagiar li hadem l-iskultura fl-injam tal-inkwadri tal-via sagra , kif ukoll il-legiju l-kbir b'interzjar mill-isbah, li qieghed fil-kor wara l-altar maggur.
L-istatwa ta' tlugh is-sema ta' Marija, maghrufa ahjar bhal l-istatwa ta' Santa Marija, hija x-xoghol tal-iskultur maghruf Antonio Chircop. Din inhadmet minn zokk ta' sigra shih fl-1840.
Qabel din l-istatwa kienet tintuza ohra qadima tas-seklu sittax ghal waqt il-purcissjoni. Din kienet x-xbieha tal-Kuncizzjoni u kienet ingabet minn Bormla mill-kappillan ta' dak iz-zmien, Dun Antonio Mizzi..
Il-festa ta' Santa Marija tkun iccelebrata nhar il-15 ta' Awissu.
L-istatwa tal-Madonna ta' Lourdes kienet ikkommissjonata lill-iskultur Karlo Darmanin fl-1878 mill-kappillan Dun Pietru Pawl Xuereb li fl-istess sena, ftit wara d-dehriet ta' Lourdes fi Franza, ta' bidu ghall-festa tal-Madonna ta' Lourdes fil-Qrendi.
Il-festa tal-Madonna ta' Lourdes hija ccelebrata kull l-ahhar hadd ta' Gunju, jew l-ewwel hadd ta' Lulju.
Fil-kursija tax-xellug hemm zewg altari, wiehed iddedikat lill-Madonna tar-Ruzarju u jixbah lix-xoghol tal-artist Giannikol Buhagiar li ghix fis-seklu tmintax.
L-altar l-iehor, imsejjah tal-erwieh, huwa dedikat lil Madonna tal-Karmnu. Ma nafux minn kien l-artist. L-inkwadru huwa mdawwar b'prospettiva sabiha fil-gebel.
Insibu zewg altari ohra fil-kursija tal-lemin. Wiehed didikat lill-kruciffissjoni tas-Sinjur Taghna Gesu Kristu. Ma nafux minn kien il-pittur. Fuq il-pittura tul l-inkwadru kollu hemm salib kbir bil-kurcifiss u l-pittura sservi ta' sfond ghalih. Dan l-altar huwa maghruf bhala tal-agunija u huwa dedikat ukoll lill-Madonna ta' Lourdes u jiehdu hsiebu l-konfraternita ta' Madonna ta' Lourdes. Fuq dan l-altar hemm ukoll pittura zghira tal-Madonna ta' Lourdes imdawra bl-angli.
Fl-istess gemb tal-knisja hemm l-altar tal-Ispirtu s-Santu. Il-pittura tirrapprezenta l-inzul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli fil-jum tal-Pentekoste. Mhux maghruf min pittru. Bhalma hemm fil-kursija tax-xellug madwar l-inkwadru tal-Madonna tal-Karmnu, anke dan l-inkwadru tal-Ispirtu s-Santu huwa mdawwar bi skultura fil-gebel mill-isbah, stil barokk tat-tnimtax-il seklu.
Fil-kursija principali fuq in-naha tax-xellug insibu l-altar tal-Madonna tas-Sokkors jew Konsolazzjoni. Dan huwa xoghol il-pittur Ramiro Cali, iben Guzeppi Cali u hallas ghalih Dun Gwann Callus.
Mal-istess naha tal-kursija principali nsibu l-altar ta' San Stiefnu. Il-pittura kienet ikkommissjonata lil Stefano Erardi fl-1677 u kien sar bhala ringrazzjament 'l Alla fi tmiem il-pesta ta' bejn l-1675 u l-1676 u li kienet hasdet il-hajja ta' bosta abitanti tal-Qrendi. Fil-pittura jidhru l-Arkangli San Mikiel u San Gabriel flimkien ma' San Stiefnu, Sant'Anna u Santa Roza ta' Lima.
Hemm artal iehor mal-istess naha tax-xellug u dan huwa dedikat lill-Kuncizzjoni Immakulata ta' Marija. Stefano Erardi kien ikkummissjonat b'din il-pittura li turi lis-Sidtna Marija flimkien ma' Sant ir-Rokku u Santa Rosalija. Aktarx li dan l-inkwadru sar ukoll bhala ringrazzjament wara t-tmiem tal-pesta.
Mal-lemin tal-kursija principali nsibu l-altar dedikat lil San Pawl. Fuqu nsibu pittura ta' Francesco Zahra bix-xbihat ta' San Gwann il-Battista, San Gwann l-Evangelista, San Pawl, Santa Katerina, Santa Lucija, u San Nikola.
L-unika bicca xoghol ta' Giuseppe Calleja insibuha mal-kolonna faccata tal-altar maggur. Din tirrapprezenta il-Fidi u huwa maghruf bhala "Fides ex Auditu". Giuseppe Callejja twieled fit-12 ta' Dicembru 1828 u x-xoghol tieghu fin hafna nsibuh mxerred f'diversi knejjes ta' Malta.
Fl-apside tal-kor darba kien hemm pittura sabiha tar-re David bil-profeta jdoqq l-arpa. Dan kien restawrat fl-1948 mill-Kavallier Raffael Bonnici Cali. Izda sfortunatament dan ix-xoghol kien mghotti b'rapprezentazzjonijiet ohra fl-1973.
Giuseppe Calleja fl-1873, wara li lesta l-pitturi fil-knisja, kien irregala l-pittura ta' San Filippu Neri lill-knisja tal-Qrendi. Wiehed ghadu jista' jara din il-pittura li qieghda mdendla fis-sagristija.
Il-pittura kbira tal-Konvoj ta' Santa Marija li hemm fuq il-bieb ewlieni saret mill-artist Ghawdxi Paul Camilleri Cauchi. Fiha nsibu rapprezentazzjoni tad-dhul fil-Port il-Kbir tat-tanker Ohio fil-15 ta' Awissu tal-1942. Dan it-tanker li kien jaghmel parti mill-Operation Pedestal, kien gab mieghu ikel u fuel tant mehtieg li salva lil Maltin milli jcedu l-armi.
RUTH
RACQUEL
ABIGAIL
SEFORA
Mal-faccata tal-erba' kolonni li fuqhpm isserrah il-koppla, insibu mpittra x-xbihat tal-personaggi femminili biblici, Rut, Rakeli, Abigajl u Sefora, kollha xoghol tal-artist Paul Camilleri Cauchi.
Fil-koppla manjifika tal-Gafa, hemm tminn pitturi li juru episodji differenti mill-hajja ta' Sidtna Marija, kollha xoghol ta' Paul Camilleri Cauchi, tal-1971.
Tieghu wkoll hija l-pittura li hemm mas-saqaf tal-kor li ghattiet dik li kien hemm qabel tal-Profeta David. Fl-1973 Paul Camilleri Cauchi kien imqabbad ukoll jaghmel pittura tat-tlugh fis-sema ta' Marija.
Fis-sena 2001 sar ir-restawr tal-orgni Naplitan tasseklu tmintax. Dan kien inhadem fl-1778 fuq l-istil "positivo".
Ir-restawr tieghu kien sar mis-Sur Silvio Pace (dekorazzjoni) u s-Sur Tony Bartolo (xoghol fl-injam) u mis-Sur Robert Buhagiar (pajpijiet, mutur elettriku u l-minfah manwali).
L-inawgurazzjoni tar-restawr tal-orgni nzammet fit-22 ta' Novembru tal-2001 fil-knisja parrokkjali tal-Qrendi. Dakinhar kienet saret serata muzikali bid-daqq tal-istess orgni taht il-patricinju tal-eccellenza tieghu l-President tar-Republika ta' Malta, il-Professur Guido Demarco.