Il-Kappella tal-Madonna tal-Ħniena ilha żmien twil miżmuma b’devozzjoni kbira. Kienet mibnija fis-seklu tlettax meta l-irħajjel ta’ Ħal Lew kien għadu jagħmel parti miż-Żurrieq. Meta ż-Żurrieq sar parroċċa, il-kappella tal-Ħniena serviet bħala viċi-parroċċa li kienet tieħu ħsieb il-ħtiġijiet spiritwali tan-nies li kienu jgħixu fl-inħawi.
Fl-1575, il-Kappella tal-Ħniena kienet fi stat ħażin u ġiet dekonsagrata mill-Mons. Dużina. Minkejja dan, id-devozzjoni tal-fidili ma battietx u l-Kappella reġgħet inbniet fis-sena 1650 meta Dun Ħanmari Camilleri kien kappillan tal-Qrendi.
Il-parroċċa l-ġdida tal-Qrendi kienet iffurmata fil-15 ta’ Frar 1618, meta l-Isqof Cagliares qata’ l-irħajjel ta’ Ħal Lew i Ħal Manin mill-parroċċa taż-Żurrieq.
Il-Kappella spiss imsejħa bħala Chiesa Della Misericordia, għandha tliet artali minn fejn garigor, fuq il-ġenb tal-artal li jinsab fuq il-lemin jagħti għas-saqaf. Fuq l-entratura ta’ dan il-post ta’ qima wieħed jista’ jsib kor tal-injam aċċessibbli minn sellum li jgħaddi minn bokka fil-ġenb tagħha.
Fl-1668, sagristija sempliċi imma nteressanti b’saqaf forma ta’ bettija kienet miżjuda fejn wieħed jista’ jinnota numru ta’ dekorazzjonijiet imnaqqxa fil-ġebel. Fuq it-tieqa tas-sagristija hemm prospettiva impressjonanti tal-ġebel ta’ Alla Omnipotenti li ssegwi żigarella dekorattiva mnaqqxa fejn l-armi tal-Balliju ta’ Brandenburg u Fra Wolfgang von Guttenberg jidhru prominenti.
Fonti tal-ilma mbierek tal-irħam forma ta’ arzella (simbolu tal-Kristjanità) li jġib id-data tal-1769 għadu fuqu wkoll dawn l-emblemi.
F’waħda mill-irkejjen tas-sagristiji, ċisterna ċkejkna merfugħa fuq statwa t’anġlu maħdum fil-ġebel tferra’ l-ilma ġo bieqja li tipprovdi ilma ġieri l-ħin kollu biex jintuża waqt is-servizzi reliġjużi. L-artal maġġur huwa mżejjen bi prospett dettaljat minqux fil-ġebel li juri numru kbir ta’ figuri ta’ anġli li fosthom, tnejn iżommu il-pittura titulari, waqt li tnejn oħra qed iżommu l-kuruna biex titpoġġa fuq ras il-Madonna.
Il-pittura titulari hija tal-Madonna bil-bambin bilqiegħda fuq il-qamar imdawwra bl-anġli. Aktar ’l isfel fil-kwadru fuq in-naħatal-lemin insibu lil San Gejtanu, bi ktieb f’idu u l-ġilji ħdejn riġlejh filwaqt li fuq in-naħa tax-xellug hemm żewġt erwieħ. Ix-xogħol huwa attribwit lill-artist magħruf Malti Gużeppi D’Arena. Fuq in-naħa tax-xellug tal-artal maġġur, hemm kandelabru maħdum fl-injam identitku għal dak li nsibu fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta.
Niċċa ċkejkna tal-injam bi statwa tal-Madonna id-daqs ta’ bniedem tinsab fuq in-naħa tal-lemin tal-artal maġġur. L-istatwa tal-Madonna ta’ stil Spanjol kienet mogħtija minn Fra Wolfgang von Guttenberg u hi mlibbsa libsa tat-tieġ ta’ veru.
Fuq in-naħa l-oħra tal-kappella hemm imdendla pittura ta’ Sant’Antnin ta’ Padova li hija attribwitha lill-Rokku Buhagiar, u li tissimbolizza id-devozzjoni kbira ta’ dan il-qaddis. Miż-żjara li għamel l-Isqof Alpheran de Bussan, nafu li l-ġurnata tal-festa ta’ Sant’Antnin kienet ċċelebrata kull sena fil-kappella tal-Ħniena.
L-istatwa qadima tar-redentur li tinsab taħt il-pittura kienet oriġinarjament miġjuba minn waħda mill-knejjes fil-Cottonera.L-istatwa tar-Rendentur toroġ f’purċissjoni reliġjuża fil-Qrendi matul iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira.
Wieħed ma jistax ma jinnutax Konfessinarju li jmur lura għas-seklu tmintax, maħdum bir-reqqa fl-istil tal-epoka.
F’pittura oħra li tinsab fil-kappella insibu tett figuri li huma maħsuba li jirrappreżentaw lil San Ramon ta’ Peafort, San Pietru Nolasco u Jamie Primero “el conquistador”, Re ta’ Aragona (1263 – 1276) li waqqaf il-kongregazzjoni “De mercede redemptionis captivorum (ir-rahan tal-ilsiera),
Fil-kappella tal-Madonna tal-Ħniena ix-xhieda tadd-devozzjonijiet f’dan l-imkien ta’ qima jidher permezz tan-numru mdaqqas ta’ pitturi ex-voto imwaħħla mal-ħitan. Pitturi ta’ ringrazzjament (ex voto) għal fejqan mill-mard, il-ħelsien mill-pesta tal-1676 u nuru kbir ta’ ħelsien mill-għarqa iżejnu l-ħitan. Il-Balliju Guttenberg ikkummissjona ex-voti oħra.
Ħdejn il-bieb ewlieni insibu pittura nteressanti li tirrappreżenta l-erbatax-il ‘qaddis prottetur’ li kienu msejħa mill-Maltin biex iħarsuhom f’każi ta’ mard u taħbit ieħor. Dawn huma: San Blas (għall-mard tal-griżmejn), San Pantaljun (għat-tuberkolożi), San Vitu (mill-Ballu San Vitu u l-gdim valenuż), San Kristofru (għall-vjaġġi u maltempati), San Dijonisju (għall-ħarsien mill-pussess minn spirti ħżiena), San Ċirjaku (mill-mard tal-għajnejn), San Akaċju (mill-mard tar-Ras), San Ewtakju (mill-ħruq), San Eġidju (mill-mard mentali u l-għajn ħażina), Santa Margerita (Mill-mard tal-kliewi u għajnuna waqt il-ħlas), Santa Barbara (mis-sajjetti u l-mewt għall-għarrieda), Santa Katerina (għall-istudju tal-filosofija).
Kwadru ieħor rari jirrappreżenta id-Dnubiet il-Mejta u juri ħmar armat iġorr basktijiet fil-gnub ta’ dahru mimlijin b’vizzji tad-dnub, jew kif inhuma magħrufin, “is-seba’ dnubiet mejta”. Raġel midneb mgħammad u marbut bil-ktajjen minn idejh u saqajhqiegħed jitkaxar mill-Art Qaddisa minn xitan bil-gwienaħ.
Kwadriu ieħor interessanti juri l-kruċifissjoni ta’ Kristu fuq il-Golgota u huwa attribwit lis-Soru maia De Domenicis, mill-iskola ta’ Mattia Preti. Is-salib tal-injam li jisab quddiem il-pittura kien mogħti minn Fra Guttenburg .
Fuq in-naħa tax-xellug tal-korsija wieħed jista’ jara statwa tal-Madonna bil-bambin tal-ġebel, statwa li kienet ħadet post oħra eqdem imnaqqxa fl-injam u li kienet oriġinarjament inawgurata fl-1658. Fuq barra tas-santwarju tal-Ħniena wieħed isib zuntier b’loġġa bl-arkati li kienet isservi bħala post ta’ kenn mill-elementi għall-pellegrini li kienu jiġu mill-bogħod għall-qima f’dan il-post ta’ talb. Fl-1873 kien imħaffer bir taħt l-istess loġġa. Idawru z-zuntier hemm filliera balavostri b’dettalji mnaqqxa fil-ġebel li juru simboli tal-Kristjanità.
Fit-18 ta’ Marzu 1695, fuq talba tal-Kappillan Dun Celestina Camilleri, il-Papa Innoċenzu XII approva l-indulġenza mitluba għal tal-Ħniena. It-tħabrik ta’ dan il-Kappillan kienet il-kawża ta’ mewtu hekk kif fl-1699 il-Parroċċa l-ġdida tal-Qrendi, mudell ta’ binja eżemplari għal Parroċċi oħra, kienet qed tinbena. Dun Dumink tela’ fuq sellum twil iġorr ġebla mdaqqsa,waqa’ u miet zopptu. Kien hemm numru ta’ Isqfijiet li żaru dan is-santwarju, fosthom l-Isqof Molina li fit-3 ta’ Mejju 1679 irrefera għall-kappella bħala ta’ ‘Sidtna Marija tal-Grazzji’. L-isqof Alpheran de Bussan żar tal-Ħniena fl-1745, fejn kien milqugħ minn Dun Ġorġ Hellul fil-bidu taż-żjara pastorali tiegħu fil-Qrendi. Fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-loġġa u fuq barra tal-arkati hemm niċeċ bi statwi ta’ San Injazju, San Gejtanu, San Duminku u San Franġisk, filwaqt li fil-ġenb tal-bieb prinċipali hemm l-istatwi ta’ San Pawl u San Ġwann il-Battista.