Monday 23 ta' December 2024

Merħba fis-sit elettroniku

tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

Batterija kontra l-ajruplani ta' zmien it-Tieni Gwerra Dinjija Il-Fortizza ta' Hassajjek (Gwarena HAA Battery)




Il-batterija tal-Gwarena, hekk imsejha minhabba li kienet qrib il-Palazz tal-Gwarena, kienet ukoll maghrufa mas-servizzi militari bhala l-Fortizza ta' Hassajjek u kienet tifforma parti mill-linji ta' difiza tal-gzira. Il-kanuni ta' din il-Fortizza kienu jisparaw fuq l-ghadu jew permezz ta' strumenti li jisparaw b'mod meqjus jew billi jisparaw xita ta' balal f'daqqa biex joholqu forma ta' ghata jew umbrella fuq xi pozizzjoni prekarja li kien jisthoqilha li tkun difiza.

Il-Fortizza tal-Gwarena kellha zewg allokazzjonijiet ghat-truppi, erba' kanuni kbar ta' kontra l-ajruplani tal-kalibri 3.7 pulzieri u 4.5 pulzieri, strument li jkejjel l-gholi u l-boghod tal-ajruplani u strument li seta' jbassar ir-rotta tal-ajruplani tal-ghadu huma u resqin lejn l-art. Il-batterija kienet ukoll mghammra b'radar, searchlight u strument li juri minn liema naha ikun gej il-hoss tal-ajruplan.

Il-Batterija ta' Hassajjek

Harsa generali lejn il-fortizza ta' Hassajjek turi kif kienet imqassma l-batterija; il-posizzjoni tal-erba' kanuni ta' kontra l-ajruplani:

  1. Pjattaforma tal-konkos fejn kien hemm l-istrument li jikkalkula l-gholi tal-ajruplani huma u resqin lejn l-art.
  2. Pjattaforma ohra tal-konkos,li fuqha kien hemm l-istrument li jbassar mil-liema naha jkunu gejjin l- ajruplani
  3. Xelter bunker fejn kienu jghixu l-ufficja.
  4. Bunker tal-konkos fejn iehor tal-konkos fejn jghixu dawk s-suldati (bejn 10 u 15-il ruh) li xogholhom kien li jhaddmu Istrumenti
  5. Kanun kbir ta' kontra l-ajruplani ngastat fi pjattaforma tal- konkos.
  6. Akkomodazzjoni ghas-suldati li xogholhom kien li jisparaw il-kanuni.
  7. Akkomodazzjoni ghas-suldati li xogholhom kien li jisparaw il-kanuni.
  8. Akkomodazzjoni ghas-suldati li xogholhom kien li jisparaw il-kanuni.
  9. Akkomodazzjoni ghas-suldati li xogholhom kien li jisparaw il-kanuni.

Fil-fortizza kien hemm il-post centrali, il-mohh minn fejn kienu jinghataw l-ordnijiet kollha ghal kull operazzjoni. Kull informazzjoni li tidhol kienet tigi analizzata u skond it-taghrif li jingabar kienu jinghataw l-ordnijiet lis-suldati ta' fuq il-kanuni.

Fil-madwar ta' dan il-post centrali nbnew diversi pjattaformi tal-konkos. Fuq dawn il- pjattaformi tqieghdu l-istrumenti li jkejlu l-gholi u li jqisu minn liema naha jkunu gejjin l-ajruplani. Inkorporat fil-post centrali kien hemm bunker ghal skwadra ta' bejn ghaxra u hmistax-il suldat u l-bunker personali tal–ufficjal kmandant.

Fix-xaqliba tal-post centrali li thares lejn il-bahar inbnew pjattaformi tal-konkos ohrajn ghall-kanuni kbar ta' kontra l-ajruplani li flimkien mal-bunker li jakkomoda l-iskwadra kienu jiffurmaw il-harsien u difiza tal-fortizza.

Disinn mill-genb ta' kanun ta' kontra l-ajruplani tac 3.7 pulzieri (94mm) MK 11

Il-fatt illi is-suldati kienu akkomodati qrib il-kanuni kien jghin biex fil-kaz ta' attakk mill-ghadu dawn is-suldati setghu iwettqu dmirhom b'iktar efficjenza u fl-iqsar zmien possibbli. Dan l-arrangament naqqas hafna l-possibilita ta' disgrazzji meta l-fortizza kienet tisfa fil-mira tal-attakki mill-ghadu.

Strument A.A. Numru 1 (Vickers) li jbassar minn liema naha minn fuq il-bahar riesaq l-ajruplan

Strument A No. 10 (Barr u Stroud) 18 -il pied li kien jaghti l-gholi tal-ajruplaii jkunu resqin lejn l-art