Thursday 18 ta' April 2024

Merħba fis-sit elettroniku

tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi

Wied Iż-Żurrieq



Wied iż-Żurrieq li hu villaġġ żgħir tas sajjieda, ilu għal diversi snin il punt ta’ diskussjoni bejn il poplu tal Qrendi u taż Żurrieq. Dan għax filwaqt li l poplu tal Qrendi jgħid li Wied iż Żurrieq jagħmel parti mill Qrendi, iż Żrieraq jgħidu li dan jagħmel parti miż Żurrieq. Dan il battibekk imur lura għas seklu li għadda.

Minkejja li jismu Wied iż Żurrieq, il wied jibda fil lokalità li tissejjaħ Wied Ħoxt, li jmiss mat triq li tagħti għall Ħnejja ta’ Ħaġar Qim.

Fiż żmien ta’ meta d dokumenti ma kinux jeżistu, il propjetajiet u l għelieqi fil kampanja Maltija, kienu jiġu kklassifikati b’ismijiet li jingħataw fil lokal. Hekk ukoll Wied iż Żurrieq. Dan għandu diversi ismijiet li huma mogħtija lill partijiet differenti tal wied.

Meta tidħol ’il ġewwa tal wied, fuq in naħa tax xellug, hemm il parti li tissejjaħ “il Majlia”. Probabbli ġejja mill kelma Taljana “Maglio”, (li tfisser malja). Din il parti tal wied, għandha ilma baxx u ħafna drabi kienet tiġi frekwentata biss min nisa u t tfal, wara xi mixja f’dan il wied.Il ġebla mgħerrqa magħrufa bħala “inch cape” timmarka l “fruntiera” li fiha n nies ma jistgħux jgħumu. Din il parti li tissejjaħ “il Ħmara” toffri sigħat twal ta’ pjaċir lit tfal, taħt il ħarsien ta’ ommijiethom.

Minħabba l bżonn ta’ pjan żgħir u post fejn id dgħajjes ikunu jistgħu jżommu ’l bogħod minn xulxin fil baħar, fuq in naħa ta’ ġewwa tal wied, kellu jsir taraġ żgħir. Dan sar sabiex ikun ta’ għajnuna għal min jinżel hemm, u biex ikun hemm aċċess eħfef u indipendenti għal ħdejn il baħar. It turġien li jservu bħala bankijiet, ħadu l isem ta’ “Id Dikkina”, li probabbli ġejja mill kelma Għarbija “Dokkana”, li tfisser bankijiet.

Dan il post joffri post ideali għall familji, li jkunu jridu jqattgħu ftit tal ħin għall kwiet u ’l bogħod mid dgħajjes li jkunu deħlin u ħerġin fil wied.

Passaġġ żgħir max xatt, jorbot “Id Dikkina” mal unika niżla li hemm fil wied, li hi l punt ewlieni tal attività, “L-Iskall”. Hemmhekk ġie ffurmat post żgħir li hu magħruf bħala “Il Kappara”. Dan hu l post fejn diversi bugħaddasa jipprattikaw l għads tagħhom, peress li hemm madwar 10 metri fond. Madankollu, dan l isports ma setax jitkompla wara s sittinijiet, għax kien hemm estenzjoni tal moll.

“L Iskall” hi l aktar parti frekwentata f’Wied iż Żurrieq, minħabba li din toffri protezzjoni mill maltemp tal ftuħ tal baħar għall ogħla moll magħruf bħala “Il Ponta”. “Il Ponta” hu l post favorit ma’ għawwiema lokali, imma mhux ma’ bugħaddasa li mhumiex daqstant avventurużi.

Mill “Ponta”, hemm passaġġ li jagħti għal taraġ fuq in naħa l oħra tal wied, magħruf bħala “Il Moll ta’ Xandru”. Moll li ġie mibni apposta biex lis sajjieda jagħtihom il possibilità li jirmunkaw id dgħajjes tagħhom, partikolarment lil sajjied partikolari, magħruf bħala Xandru D’Amato.

Minn din il parti, wieħed jista’ jesperjenza t topografija tal formazzjoni tas saff taż Żonqor. Dan hu pjan mimli ħofor u blat ippuntat u mtaqqab u hemm ukoll salini tal melħ naturali. Mingħajr l ebda sorpriżi, dan il post hu magħruf bħala “Il Ponot”.

Wara l kantuniera tal “Ponot|”, ftit ’il bogħod mill Blue Grotto, wieħed jista’ jsib Blata interessanti ħafna, jisimha “Ġebla tiċċaqlaq”. Din il blata kbira li hi għolja madwar ħmistax il metru, jgħidu li fil maltemp u meta jkun riħ qawwi, din tibda tiċċaqlaq u tagħmel ħafna ħsejjes.


Fuq in naħa l oħra tal bajja, hemm daħla żgħira li hi magħrufa bħala “Ras Masu” jew kif saret magħrufa dan l aħħar “Daħlet il Papri”. Din il parti hi mdawra b’blat ippuntat bħalma hemm fin naħa “Il Ponot”.

Meta min naħa ta’ “Il Ponot” tidħol ’il ġewwa, wieħed isib parti li hi magħrufa bħala “Il Kamra t Tonda”. Din hi kamra li tmur lura għat Tieni Gwerra Dinjija, li hi popolari ħafna ma’ dawk iż żgħażagħ li jkunu jridu jisfidaw l adrenalina tagħhom xħin jaqbżu għoli ta’ madwar erba’ metri dritt għal ġol baħar. Sfortunatament, din hi parti li maż żmien rat diversi inċidenti jsiru, peress li xi drabi min imur hemm ma jagħtix kas tal periklu li hemm.

’Il ġewwa mill “Kamra t Tonda” wieħed isib għar ċkejken li hu għoli bejn sitt u għaxar metri ’l fuq mill ilma. Dan hu magħruf bħala “L Għar”. Fuq dan il għar, hemm l ogħla u l iktar post popolari għall għads. Post fejn l isforzi ta’ min jasal sehem huma ammirati minn diversi nies tal lokal u t turisti.

Post ieħor tajjeb għall għads u popolari l iktar ma’ dawk li mhumiex daqshekk avventurużi u man nisa, hu magħruf bħala “Iż Żurżieqa”. Dan hu post fejn l għoli ta’ kemm wieħed jixtieq jogħdos jista’ jiġi deċiż mill għaddasa nfushom u skont il kapaċità tagħhom. Minn din il parti ’l ġewwa, m’hemm l ebda post li jista’ jiġi frekwentat mill għaddasa, peress li l irdum hu għoli u dritt wisq biex wieħed jaċċessahom.

Minn żmien ilu, Wied iż Żurrieq, flimkien ma’ Għar Lapsi dejjem offrew l aħjar port għas sajjieda li jiffrekwentaw in naħa tal Lbiċ tal kosta ta’ Malta. Post ta’ tbatija kbira, imma l eqreb post ideali għas sajd għal dawk li joqogħdu fl inħawi tal Qrendi u taż Żurrieq. Sa nofs is sittinijiet, f’dan il wied kien għad hemm id dgħajjes tas sajjieda Maltin, magħrufa bħala l Luzzu u l Kajjik, li wara dawn ġew mibdula għall Frejgatina ta’ Wied iż Żurrieq. Din hi dgħajsa tal injam ta’ madwar erba’ metri, li tista’ ġġorr sa madwar għaxar passiġġiera li jkunu jixtiequ jżuru Blue Grotto.

Madankollu, Wied iż Żurrieq mhuwiex magħruf biss għall vjaġġi bid dgħajjes li jieħdu lil min iżur hemm sa Blue Grotto, u għal post tajjeb għall bugħaddasa, imma wkoll għall fond tal ilma, li jvarja minn sitt metri ġewwa nett tal wied, sa 23 metru fil bokka tal wied. Għall bugħaddasa li jkollhom tlieta u għoxrin metru fond hu ġenna tal art.

Wied iż Żurrieq hu post sabiħ immens, kemm fuq l art, kif ukoll taħt l baħar.