Sir Alexander John Ball, First Baronet, twieled fi Gloucestershire l-Ingilterra fl-1759. Kellu r-rank ta' Kontrammirall u kien habib tal-qalb tal-Ammiral Lord Nelson. Sir Alexander Ball mexxa l-imblokk ta' Malta kontra l-Francizi u serva bhala kummissarju civili jew gvernatur tal-gzira bejn l-1802 u l-1809. Huwa serva taht l-Ammiral Sir George Rodney fil-West Indies u kellu sehem fir-rebha l-kbira li Rodney kellu fuq il-Francizi fl-inhawi tal-gzira ta' Dominica fit-12 ta' April 1782.
Fl-1783 inghata r-rank ta' Kaptan. L-ewwel inkarigu f'dan ir-rank, izda, ma nghatalux qabel l-1790. Fl-20 ta' Mejju 1798 maltempata kbira qacctet l-arblu tal-flagship tal-Ammiral Nelson. Li ma kienx ghal Ball, il-bastiment kien jinkalja mall-blat. Wara din il- grajja Nelson u Ball saru hbieb tal-qalb.
Fid-9 ta' Frar 1799, Ball inghata r-responsabbilita ghall-Imblokk kontra l-Francizi (1798-1800). Il-Legislatura li kienet tmexxi l-gzira dak iz-zmien ghazlitu bhala President u Kap Kmandant. Wara li l-Francizi cedew, f'Settembru tal-1800, l-Ammiraljat Ingliz iddecieda li jwaqqaf lil Ball milli jkompli fis-servizz navali minkejja li Nelson kien qabez ghalih.
Fil-1801 inghata t-titlu ta' Baronet u wara nhatar gvernatur ta' Malta fejn baqa' jghix sa ma miet fil-25 ta' Ottubru 1809. Huwa jinsab midfun f'Malta.
Bhala gvernatur, Ball tant kien mahbub mill-Maltin illi jinghad li f'hafna djar in-nies kienu jzommu xbieha tieghu. L-imhabba li kellu ghan-natura xprunatu biex f'numru sabih ta' rhula johloq gonna ghall-uzu tal-logutenenti jew sindki li kienu jservu f'dawn il-lokalitajiet.
Dawn il-gonna, kull wiehed maghruf bhala 'Il- Gnien tal-Kmand' saru fil-Qrendi, l-Imqabba, Hal Ghaxaq, il-Gudja, iz-Zejtun, il-Gharghur, Hal Safi (fejn hu maghruf bhala l- Gnien ta' Ball), Hal Lija u f'postijiet ohra.
Ghalkemm ma nsibu ebda hjiel bil-miktub, huwa mifhum illi l-Gnien tal-Kmand u gonna ohra bhalu saru bejn l-1802 u l-1809.
Hawn taht tidher silta mehuda minn inventarju tal-Propjeta tal-Kuruna migbur fl-1862:-
PJANTA TAL-PROPJETA TAL-KURUNA INGLIZA
F'MALTA U D-DIPENDENZI TAGHHA.
MAGHMULA TAHT L-AMMINISTRAZZJONI
TAL- GENERAL SIR CASPER LE MERCHANT GCMG
GVERNATUR U KAP KMANDANT
(Kabrio No 79/81) Ad 1862
Il-gnien huwa maqsum f'zewg partijiet "A" u "B".
L-ewwel parti "A" tifforma d-dahla ta' dan il-gnien. Din il-parti, li hija mdawra b'hitan, hi maqsuma f'zewg partijiet, u hija mahsuba ghal sigar tal-laring. Ma' tul il-hitan, hemm ringiela ta' sigar tal-laring u tal-palm imhawlin 4 piedi u zewg pulzieri `l boghod minn xulxin tul il-moghodija interna li hemm madwar din il-parti. Fit-tarf ta' gewwa tal-moghdija hemm bhal dawra tonda li fiha bieb li jaghti ghall-parti l-ohra "B" tal-gnien. F'wahda miz-zewg partijiet tal-parti "A" hemm hamsa u hamsin sigra tal-laring u ghaxra taz-zebbug, filwaqt illi fuq in-naha l-ohra hemm wiehed u erbghin sigra tal-laring, tnax-il sigra tal-lumi, tliet sigriet tal-langas u zewg sigriet tar-rummien.
Fit-tarf tal-moghdija faccata d-dahla tinsab Il-parti tal-gnien mmarkata "B". Din hija maqsuma f'zewg partijiet ohra; il-parti tal-punent li hija l-bicca ikbar, fiha gibjun u mahsuba ghall-bajtar tax-xewk, waqt li fiha ukoll disa' sigriet tal-lumi-laring, rummiena, tliet sigriet tat-tin, sittax-il sigra taz-zebbug u erbgha tal-lumi. Fil-bicca l-ohra li hija mahsuba ghall-ortikultura, fiha wkoll gibjun, bajtar tax-xewk, hdax-il sigra tal-lumi-laring, zewg lumijiet, sitt sigriet tat-tin, erbatax-il sigra taz-zebbug, naspla, u ghajnbaqra. Barra minn hekk, dawn iz-zewg partijiet ghandhom kull wiehed bieb zghir jaghti ghat-triq u bieb iehor li jwassal ghal parti "A", fil-hitan tal-faccata.
QUESTO GIARDINO FU COMINCIATO E TERMINATO
SOTTO L'AMMINISTRAZIONE DEL CAV E BARONETTO
ALESSANDRO GIVANNI BALL
PER
GIORGIO TERZO
RE DELLA GRAN BRETTAGNA
GOVERNANTE
LE ISOLA DI MALTA E GOZO
ALL' USO DEI LUGOENENTI TEMPORANEI DEL CASALE
IL LUOGO E IN PERPETUO CONSECRATO
THIS GARDEN WAS STARTED AND COMPLETED
UNDER THE ADMINISTRATION OF KNIGHT AND BARONET
ALEXANDER JOHN BALL
FOR
GEORGE III
KING OF GREAT BRITIAN
GOVERNER
OF THE ISLANDS OF MALTA AND GOZO
FOR USE BY THE VILLAGE'S TEMPORARY LIEUTENANTS
IN EVERLASTING SACRED MEMORY
Aerial Photograph of "Il-Gnien tal-Kmand"